Yearly Archives: 2018

Il-Polonja tibki l-ixjeħ soru li salvat il-Lhud

  • Merciful and modest. That’s how nuns, members of the Polish Catholic church and others are remembering Sister Cecylia Maria Roszak. They have been gathering in Krakow to bid her farewell. In remarks, the mother superior of her convent, Stanislawa Chruscicka, said Sister Cecylia would often say that “life is wonderful, however, too short.”

    During her 110 years on this earth, the nun went through turbulent times…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof fil-festa ta’ Kristu Re 2018

Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta' Kristu Re 2018

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    25 ta’ Novembru 2018

    “Inti s-sultan tal-Lhud?” (Ġw 18:33). Id-domanda li għamel Pilatu quddiem Ġesù umiljat u kkundannat, hija domanda f’postha. Kif jista’ jkun li s-sultan tal-Lhud jidher quddiem l-awtorità imperjali huwa dgħajjef, mingħajr protezzjoni u mneżża minn kull dinjità? …

  • Kompli aqra »

Ir-rakkont ta’ Għemmaws fiċ-ċentru tal-pjan pastorali tal-Arċidjoċesi

  • Fi tmiem l-Assemblea Djoċesana 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna wera t-tama li l-mixja ta’ tiġdid li l-Knisja f’Malta bdiet permezz ta’ din l-Assemblea Djoċesana, tkun mixja ta’ dixxerniment. Fil-messaġġ tiegħu hu saħaq fuq l-importanza li bħala Knisja ninvestu aktar ħin ma’ xulxin sabiex nisimgħu l-bżonnijiet ta’ xulxin. Fi kliem l-Arċisqof, “li nkunu flimkien mhuwiex ħela ta’ ħin”. Mons. Arċisqof sostna li bħala Nsara rridu mmissu l-qalb tal-bniedem bis-servizz u x-xhieda tagħna u rringrazzja lis-saċerdoti li bil-ħidma silenzjuża tagħhom huma xhieda tal-Kelma ta’ Alla. 

     

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 14, 1-3.4b-5
    Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

    Evanġelju: Luqa 21, 1-4

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”…

  • Kompli aqra »

Ara: Il-festa ta’ Kristu Re 2018

Live: Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

  • Illum, il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2018, ser tiġi ċċelebrata l‑festa liturġika ta’ Kristu Re b’ċelebrazzjoni djoċesana li tibda fil-5pm b’mixja ta’ minn quddiem l-istatwa ta’ Kristu Re fil-Furjana sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fejn titkanta t-Talba tal-Għasar. Waqt l-Għasar, Mons. Arċisqof ser jagħmel riflessjoni u jagħti l-Barka Sagramentali.

     

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Novembru

  • Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu Qari tal-Jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 7, 13-14
    Salm: 92 (93) 1ab.1ċ-2.5
    It-Tieni Qari: Apok 1, 5-8

    Evanġelju: Ġwanni 18, 33b-37

  • F’dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud?” Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok, jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?” Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? …

  • Kompli aqra »

Il-kunċert annwali b’risq id-Dar tal-Providenza ser isir l-Imdina

  • Il-kunċert annwali mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Persuni b’Diżabilità, se jsir fil-Katidral tal-Imdina nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru 2018, fit-8pm.  Il-kunċert vokali u strumentali se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u Mons. Arċisqof Charles J Scicluna. Il-kunċert se jsir bil-korteżija tal-Kapitlu Metropolitan. Bħala parti mill-kunċert jitħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2018…

  • Kompli aqra »

Fi Pjazza San Pietru titpoġġa s-siġra tal-Milied

  • A 4.5 tonne Christmas tree was put up in St. Peter’s Square on Thursday morning. The 23metre high tree travelled from the northern Italian region of Friuli Venezia Giulia, more specifically, from Pordenone.

    The Christmas tree, along with a life-sized nativity scene (which this year is being sculpted from sand) has been a tradition since 1982 when John Paul II was Pope…

  • Kompli aqra »