Yearly Archives: 2018

Filmat: It-tieni jum tal-Assemblea Djoċesana 2018

  •  

  • L-Assemblea Djoċesana 2018 kompliet ilbieraħ, il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru, fejn ġew diskussi tliet dokumenti tas-Sinodu Djoċesan li ntemm fl-2003 u żewġ dokumenti oħra li saru wara s-Sinodu. Dawn huma: Viżjoni ta’ Knisja Komunjoni, Xandir tal-Kelma, Liturġija u Sagrament, Lejn Knisja Dejjem Aktar Inklużiva u Il-Wiċċ Diġitali tal-Mulej.

    Dawn il-jumejn ta’ evalwazzjoni u diskussjoni huma l-bidu ta’ proċess li għandu jwassal biex id-dokumenti tas-Sinodu jiġu aġġornati b’mod li jirriflettu r-realtajiet soċjali preżenti filwaqt li joffru proposti u inizjattivi ġodda ta’ kif il-Knisja twieġeb għalihom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 11, 4-12
    Salm: 143 (144), 1.2.9-10

    Evanġelju: Luqa 20, 27-40

  • F’dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Scicluna jgħid li l-laqgħa ta’ Frar se tagħti bidu għal ‘approċċ globali’ fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali

  • Archbishop Charles J. Scicluna, centre, has been chosen as part of a steering committee to lead the meeting of bishops’ conferences from around the world in February. (CNS photo/courtesy Archdiocese of Santiago) 

    1

  • In a decision highlighting the great importance he gives to next February’s summit meeting on “the protection of minors in the church,” to which he has called the presidents of all the Catholic bishops conferences, Pope Francis has appointed a high-powered steering committee to oversee the project…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jagħżel lill-Arċisqof Scicluna biex jifforma parti mill-kumitat organizattiv tal-laqgħa dwar il-protezzjoni tal-minuri

Il-laqgħa ser issir fil-Vatikan bejn il-21 u l-24 ta' Frar 2019

  • The Holy See’s Press Office released a statement on Friday in which it announced that Pope Francis has named several people to an organising committee to prepare for a meeting to take place in the Vatican from the 21-24 February 2019. This meeting will take up the subject of the protection of minors in the Church and will be attended by the Presidents of the Episcopal Conferences. Full statement of the text follows…

  • Kompli aqra »

Overlord

  • ***

    Direttur:          Julius Avery

    Atturi:              Jovan Adepo, Wyatt Russell, Mathilde Ollivier, John Magaro, Gianny Taufer, Pilou Asbaek u Bokeem Woodbine

    Ħin tal-Film:    109 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 18

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Lejlet id-D-Day, skwadra ta’ paratruppi tintbagħat fi Franża biex teqred torri mgħammar b’radju transmitter Ġermaniż fuq kampnar ta’ knisja qadima f’raħal ċkejken…

  • Kompli aqra »

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2019

Aktar minn 1,450 post vakanti għall-istudenti

  • Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2019 ‑ 2020 ġew ippubblikati fuq il-paġna tal-iskejjel tal-Knisja fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. B’kollox ser ikun hemm 1,457 post vakanti għall-istudenti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru onlajn jew f’xi wħud mill‑iskejjel tal‑Knisja kif indikat fir‑regolamenti. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jsiru f’Novembru 2018, l‑applikanti l‑oħra f’Jannar u Frar 2019.

    L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jinkludu tfal li huma fi djar tal‑Knisja, tfal tal‑impjegati, aħwa li jistgħu jinkitbu fl‑istess skola ta’ ħuthom u tfal li qegħdin fi skejjel tal‑Knisja bla kontinwità…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-ewwel jum tal-Assemblea Djoċesana 2018

  • Il-Ħamis, 22 ta’ Novembru 2018, bdiet l-Assemblea Djoċesana 2018, fejn matulha qed isir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu Djoċesan li sar bejn l‑1999 u l‑2003.

    Fl-ewwel jum tal-Assemblea ġew diskussi d-dokumenti tas-Sinodu Kultura-Soċjetà-Knisja, Djakonija u Ġustizzja, Lajċi Nsara, Żwieġ u Familja u Adolexxenti u Żgħażagħ.

    Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja qed tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

123 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  • 123 persuna temmew b’suċċess wieħed mill‑14‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar it‑Tlieta, 20 ta’ Novembru 2018, fil‑knisja ta’ San Duminku, ir‑Rabat, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

    Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu fl‑oqsma tal‑familja, it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja, l‑ekumeniżmu, l‑ispiritwalità Franġiskana, l‑evanġelizzazzjoni, il‑liturġija, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana u l‑istudju tal‑Bibbja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 10, 8-11
    Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

    Evanġelju: Luqa 19, 45-48

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju.

    Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu…

  • Kompli aqra »