Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 1:1-4; 2:1-5a
    Salm: 1:1-2.3.4 u 6

    Evanġelju: Luqa 18:35-43

  • Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lill-Insara kollha biex jiġġieldu l-indifferenza għat-tbatija u l-emarġinazzjoni ta’ dawk l-aktar fil-bżonn

“Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu”

  • Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji tal-Foqra 2018

     

  • 1.  “Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu,” (Salm 34:6). Il-kliem tas-Salmista jsir tagħna kull meta aħna niġu msejħa biex niltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet differenti ta’ tbatija u emarġinazzjoni li jgħaddu minnha ħafna minn ħutna li aħna mdorrijin inlaqqmuhom bħala “l-fqar”. Is-salmista mhux sajjem mit-tbatija; imma bil-maqlub. Hu għandu esperjenza diretta tal-faqar u minkejja dan jittrasforma t-tbatija f’innu ta’ tifħir u ringrazzjament lil Alla. Illum, Salm 34 jippermettilna, imdawrin kif aħna b’diversi forom ta’ tbatija, li nagħrfu lil dawk li huma tassew foqra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Novembru

  • It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    Qari tal-jum

  • L-Ewwel Qari: Dan 12:1-3
    Salm: 15 (16):5.8-9-10.11
    It-Tieni Qari: Lhud 10:11-14.18

    Evanġelju: San Mark 13:24-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wara jiem ta’ dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu…

  • Kompli aqra »

Id-drittijiet tal-bniedem diskussa waqt simpożjum fil-Vatikan

  • The two-day symposium which ended Friday has been organized by the Joseph Ratzinger/Benedict XVI Vatican Foundation. Among those taking part is Vatican Secretary of State Cardinal, Pietro Parolin, as well as, Princeton Professor Robert George, and Harvard Professor, Mary Ann Glendon. In an address to the meeting on Friday, Professor Glendon spoke on the “universal dimension of the Universal Declaration of Human Rights and its effective application.”

    Pick and choose attitude to rights

    During her speech, the Harvard Professor spoke of a “pick and choose attitude to rights” and said that Human Rights ideas have become a victim of their own success…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-Isqof Awżiljarju jżur id-Dar tal-Providenza

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

    16 ta’ Novembru 2018

    Id-Dar tal-Providenza tgħallimni kif ngħix il-motto li għażilt biex ikun ta’ ispirazzjoni għall-ministeru episkopali tiegħi: Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba.

    Hawnhekk hawn l-għożża tal-ħajja u d-dinjità tal-bniedem. Kull min jiġi hawn jifhem kif il-ħajja ta’ kull bniedem hi prezzjuża u għandna ngħożżuha għax il-bniedem maħluq xbieha ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 3 Ġw 5-8
    Salm: 111 (112), 1-2.3-4.5-6

    Evanġelju: San Luqa 18:1-8

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

  • Il-Knisja Kattolika ser tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd, 25 ta’ Novembru 2018. Għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qed jistieden lill-Insara biex jingħaqdu miegħu għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

    Din tibda fil-5:00p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn tingħad it-Talba tal-Għasar. Waqt l-Għasar, Mons…

  • Kompli aqra »

Diskussjoni pubblika dwar il-kirjiet, l-affordabbiltà u l-faqar

  • Housing, affordability and poverty are becoming more pressing issues, with increasing signs that Malta’s economy is growing asymmetrically. As a result, many families are being marginalised and impoverished because they cannot afford appropriate housing that allows them to live with dignity. This is not only true for vulnerable family units, but also for young couples planning to form new families.

    Catholic Voices Malta is organising its first public seminar on this topic and will focus on the effect the rapid rise in housing prices is having on social cohesion, social justice and families in Malta…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Isqof lill-gradwati l-ġodda: Kunu integri, irrispettaw kull persuna u aħdmu għal soċjetà aħjar

Quddiesa ta' ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta' Malta

  •  

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    15 ta’ Novembru 2018

    Jum il-Gradwazzjoni hu bla dubju jum ta’ soddisfazzjon għalikom ilkoll. Wara snin ta’ studju, qed taraw it-tarf u taqtgħu l-frott tal-ħidmiet tagħkom. Magħkom jifirħu wkoll il-familji tagħkom, dawk kollha li għallmukom l-Università, u jifraħ ukoll il-pajjiż kollu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • Qari I: 2 Ġw 4-9
    Salm: 118 (119), 1.2.10.11.17.18

    Evanġelju: San Luqa 17, 26-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll. L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll…

  • Kompli aqra »