Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Novembru

  • San Luqa 16:9-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? …

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan iwaqqaf Osservatorju Internazzjonali kontra cyberbullying

  • “Promise the Lord that you will never do this, and you will not permit it to be done in your school, in your school, in your neighborhood. Is that understood?”

    It was not a casual message for the Pope. The bullying problem on social networks worries him to the point that the Vatican will create an International Observatory. 

    In April, he hopes to present the conclusions of a triple study that will measure how the children themselves perceive the phenomenon, how the governments face this problem and how he will establish prevention plans…

  • Kompli aqra »

Caritas Malta – 50 sena ta’ servizz lin-nies fil-bżonn

  • “Qed niċċelebraw 50 sena viċin in-nies. 50 sena on the side of people in need. Nixtieq nirringrazzja lil Media li attendejtu. Intom kellkom u għandkom rwol essenzjali biex twasslu l-messaġġ tagħna li nkunu l-vuċi tal-persuni fil-bżonn. Iż-żerriegħa li nitfgħu, intom tikkultivawha. Għalhekk nerġa’ ntenni l-apprezzament talli ġejtu u grazzi tal-ħidma fejjieda tagħkom.” Hekk esprima is-Sur Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, waqt konferenza stampa fejn tħabbar il-50 sena anniversarju mit-twaqqif ta’ din l-entità…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

  • Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa

    San Ġwann 2:13-23 

    Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: «Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

    Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: «X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?» Ġesù weġibhom: «Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.» Għalhekk il-Lhud qalulu: «Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?» Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Ambjent tipproponi li l-pajjiżi Ewropej jagħtu aktar attenzjoni lin-nies

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban, li qed jiġi mfakkar illum 8 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent bagħtet ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, lill-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej u lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.

    F’din l-ittra, il-Kummissjoni Ambjent tressaq il-proposta sabiex fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jingħata aktar widen u attenzjoni għall-vuċi tan-nies dwar proġetti li ser iħallu xi impatt fuq il-komunità. Il-KA tisħaq li konsultazzjoni pubblika m’għandix issir biss għaliex hekk jisħqu l-proċeduri imma ssir għaliex il-vuċi ta’ kull ċittadin hija importanti…

  • Kompli aqra »

Quddiesa b’suffraġju għall-erwieħ tal-isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi li ħallewna matul is-sena

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Katidral tal-Imdina,

    6 ta’ Novembru 2018

    “Min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla”. Din hija l-hena li aħna nawguraw lill-isqfijiet, saċerdoti, ir-reliġjizi rġiel u nisa li telqu qabilna bis-sinjal tal-fidi li ħadu fil-Magħmudija, f’din l-aħħar sena.

    Nawgurawlhom li huma qegħdin igawdu dik l-istedina sabiħa li nsibu fil-Ktieb tal-Apokalissi: “Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tat-tieġ tal-Ħaruf għax tassew ħieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

  • San Luqa 15:1-10 

    F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”. U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? …

  • Kompli aqra »

Jemen: diżastru kkawżat mill-bniedem

  • The war in Yemen has been raging on for over four years. A war involving, whether directly or indirectly, 12 countries. Hundreds of thousands of people have been killed, and so many more displaced. Dr Jeremy Taylor, an advocacy adviser in charge of Yemen for the Norwegian Refugee Council, helps shed light over the drastic realities of the war in Yemen…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Novembru

  • San Luqa 14:25-33 

    F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi…

  • Kompli aqra »