Yearly Archives: 2018

“Il-Knisja qed tħares lejkom b’tama” – L-Arċisqof lis-seminaristi li rċevew il-Ministeru tal-Akkolitat

Ħames seminaristi istitwiti fil-Ministeru tal-Akkolitat

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat

    5 ta’ Novembru 2018

    Għeżież seminaristi,

    Illejla l-Knisja qed issejħilkom biex tilqgħu l-Ministeru tal-Akkolitat. Ħa nibdew b’dawn iż-żewġ kelmiet tqal: Ministeru tal-Akkolitat. Kif tafu, il-kelma ‘ministeru’ ġejja mil-Latin minister u li tfisser ‘qaddej’ u tfakkarkom li jekk fil-ħajja tagħkom ma tilqgħux din il-vokazzjoni ta’ qadi li l-Mulej qed isejħilkom għaliha, tkunu fil-periklu li dak kollu li tmissu ma jagħmilx frott…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa għall-Jum il-Paċi: Il-politika trid taqdi l-paċi

  • The theme of Pope Francis’ Message for the 52nd World Day of Peace, marked on 1 January 2019, have been revealed in a note and a comment published by the Holy See Press Office.

     

  • Politics must be at the service of peace

    The Holy See Press Office statement said Pope Francis’ Message for the coming World Day of Peace highlights the need for politics to be at the service of peace: “Political responsibility belongs to every citizen, and in particular to those who have been given the mandate to protect and govern”…

  • Kompli aqra »

X’valur fihom id-dettalji ċkejkin?

Quddiesa f’għeluq l-20 sena mit-tberik tal-knisja

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Knisja ta’ Mlit, il-Mosta
    30 ta’ Ottubru 2018

    Il-Papa Franġisku, fl-eżortazzjoni appostolika Ifirħu u Thennew (par. 144) jitkellem fuq il-valur tad-dettalji ċ-ċkejknin. Jgħid li fl-Evanġelju naraw kif Ġesù kemm-il darba stieden lid-dixxipli tiegħu biex jaraw id-dettalji, pereżempju, in-nagħġa waħda minn mija li spiċċat mitlufa, iż-żewġ muniti li l-mara tefgħet fit-tempju meta ħaddieħor kien qed jitfa’ ħafna flus, u diversi oħrajn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Novembru

  • San Luqa 14:15-24 

    F’dak iż-żmien, wieħed minn dawk li kienu ma’ Ġesù għall-mejda, meta semgħuh jgħid dan, qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla!”. Iżda hu wieġeb: “Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies. Meta sar il-ħin għall-ikel, bagħat lill-qaddej tiegħu għand il-mistednin biex jgħidilhom: “Ejjew, għax ġa lest kollox”. Imma lkoll xorta waħda bdew isibu xi skuża…

  • Kompli aqra »

Niżirgħu ż-żerriegħa tal-imħabba

Omelija waqt Quddiesa ċċelebrata mal-Moviment tal-Fokolari matul il-Mariapolis

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Lukanda Ramla Bay, Marfa

    2 ta’ Novembru 2018

    Meta nħares lejkom miġburin hawnhekk għall-Mariapolis li tibda llejla, u meta naħseb fuq dak li jfisser il-Moviment tal-Fokolari, mal-ewwel jiġini f’moħħi l-motto li għażilt biex ikun ta’ ispirazzjoni fil-ministeru tiegħi bħala isqof: ‘Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba’…

  • Kompli aqra »

Entità internazzjonali ġdida għat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku

  • The Holy See is establishing a body that will provide a “new, single, international service for the needs of the Catholic Charismatic Renewal in the Church”. This news was announced by the Dicastery for Laity, Family, and Life in a Press Release on 31 October.

    Details of the new organization

    According to the Press Release, December 8 is the day that will see this new structure come to light…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Novembru

  • San Luqa 14:12-14 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kap tal-fariżej li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom.

    Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja”…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Isqof Awżiljarju fil-ftuħ tal-wirja tal-arti u t-tberik taċ-ċentru parrokkjali l-ġdid ta’ Ħal Balzan

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Iċ-Ċentru Parrokkjali, Ħal Balzan
    1 ta’ Novembru 2018

    Il-Papa Franġisku, fl-eżortazzjoni appostolika tiegħu Il-Ferħ tal-Evanġeljui, jgħid li meta aħna nxandru lil Ġesù Kristu, għandna ngħinu n-nies iħarsu lejh bħala l-Verità u t-Tjieba. Imma għandna nwassluhom ukoll biex jagħrfuh bħala l-Ġmiel…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Novembru

  • Il-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Mark 12:28b-34 

    F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha…

  • Kompli aqra »