Yearly Archives: 2018

Inawgurat ċentru parrokkjali ġdid f’Ħal Balzan

Wirja kollettiva ta' arti minn 15-il artist li joqogħdu Ħal Balzan

  • L‑Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea‑Curmi inawgura ċ‑ċentru parrokkjali l‑ġdid tal‑parroċċa ta’ Ħal Balzan, kif ukoll wirja kollettiva ta’ arti fl‑istess ċentru minn 15‑il artist li joqogħdu Ħal Balzan.

    L‑Isqof Galea‑Curmi bierek il‑post u faħħar il‑ħidma u d‑dedikazzjoni ta’ kull min ħadem biex dan il‑proġett iseħħ, speċjalment ħidmet Mons. Karm Farrugia, il‑kappillan tal‑parroċċa tal‑Annunzjata (Ħal Balzan). L-Isqof qal li l‑Papa Franġisku, fl‑eżortazzjoni appostolika Evangelii Gaudium, jitkellem dwar kif fil‑proċess ta’ evanġelizzazzjoni, l‑arti għanda rwol importanti li tesprimi s‑sbuħija li tfakkarna fis‑sbuħija ta’ Alla u b’hekk tressaqna lejn dak li hu s‑sabiħ fil‑milja tiegħu, jiġifieri Ġesù Kristu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

  • San Luqa 14:1.7-11 

    Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: “Agħti l-post lil dan”, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar…

  • Kompli aqra »

“Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej”

Quddiesa fit-tifkira tal-mejtin kollha

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

    2 ta’ Novembru 2018

    It-tliet snin li Ġesù għamel iterraq fil-Galilija, fil-Lhudija u fis-Sammarija, kien hemm mumenti li wera l-qawwa tiegħu fuq il-mewt. Mill-mewt qajjem lit-tifla ta’ Ġajru li kellha 12-il sena; qajjem mill-mewt liż-żagħżugħ u l-uniku tifel tal-armla ta’ Najm; u qajjem mill-mewt lill-ħabib tiegħu Lazzru…

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Illum, il-Ġimgha, 2 ta’ Novembru 2018, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-Uffiċċji tal-Caritas fil-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

    Il-Kurja terġa’ tiftaħ għada s-Sibt, 3 ta’ Novembru 2018.

     

  • Kompli aqra »

L-Alġerija tipprepara għall-beatifikazzjoni ta’ 19-il martri

  • The cause for their beatification opened in 2007, thus titling Pierre Claverie and Companions as Servants of God. Earlier this year Pope Francis confirmed their beatification.

    On December 8th the ceremony of beatification will take place in the cathedral of the Diocese of Oran, of which the martyred Pierre Claverie was bishop. Cardinal Angelo Becciu, Prefect of the Congregation for the Causes of Saints, will preside the beatification Mass as well as represent the Holy Father on the occasion…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

  • L-Għid tal-Imwiet – Tifkira Solenni

    San Ġwann 6:37-40 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni.

    Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum…

  • Kompli aqra »

Liema triq twassal għall-qdusija?

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Novembru 2018

    “Ifirħu u thennew għax ħlaskom kbir fis-smewwiet” (Mt 5:12). Jekk din il-moda ġdida li daħlet lejlet din il-festa qaddisa tixxala fil-makabrità tal-mewt, għax mingħalina sirna iżjed moderni u progressivi, il-Knisja llum tistedinna mhux biex nitwerwru imma biex nifirħu u nithennew għax ħlasna kbir fis-smewwiet…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-Festa tal-Qaddisin Kollha

  • 

     

  • Il-Ħamis, l-1 ta’ Novembru 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6pm.

    Din il-festa tiġi ċċelebrata mill-Knisja Universali biex l-Insara jagħtu ġieħ lill-Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l-eżempju tagħhom.

     

  • Kompli aqra »

Ir-riflessjoni ta’ Caritas Malta dwar il-Baġit 2019

  • Filwaqt li Caritas Malta tirrikonoxxi l-Baġit tal-2019 bħala baġit soċjalment sensittiv  u taprezza li l-Gvern irrikonoxxa l-bżonn ta’ miżuri soċjali biex jindirizza l-bżonnijiet tal-‘working poor’ u ta’ dawk li huma żvantaġġati fis-socjetà tagħna, tibqà l-mistoqsija jekk il-ġid li qed jiġi ġenerat hux dejjem qed jitqassam b’mod adekwat u jekk iż-żiediet hux se jirrispondu biżżejjed għall-għoli tal-ħajja.

    Fost il-miżuri sensittivi soċjalment insibu ż-żieda fiċ-childrens’ allowance għal min għandu anqas dħul, żieda fil-benefiċċji għal persuni b’diżabilità u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Novembru

  • Il-Qaddisin Kollha – Solennità

    San Mattew 5:1-12a 

    F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu. U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom l-art bħala wirt…

  • Kompli aqra »