Yearly Archives: 2018

Prevenzjoni, azzjoni f’waqtha u każijiet riferuti lill-Pulizija

Ir-rapport annwali tas-Safeguarding Commission għas-sena 2017

  • Id‑deċiżjoni tal‑Isqfijiet Maltin li jipprojbixxu saċerdot milli jkompli jeżerċita l‑ministeru tas‑saċerdozju, minkejja d‑deċiżjoni tal‑Qorti tal‑Appell, turi li l‑Knisja timxi bi kriterji speċifiċi u aktar stretti minħabba r‑responsabbiltà li l‑liġi tal‑Knisja tpoġġi fuq kull membru tal‑kleru. Dan qalu l‑Kap tas‑Safeguarding Commission, Andrew Azzopardi, waqt il‑preżentazzjoni tar‑rapport annwali tal‑kummissjoni tal‑Knisja responsabbli mill‑ħarsien tat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli.

    Andrew Azzopardi qal li din l‑istess responsabbiltà u ħtieġa ta’ azzjoni aktar immedjata kienet wasslet lill‑Isqfijiet Maltin u lill‑ordnijiet reliġjużi biex fl‑2015 iwaqqfu s‑Safeguarding Commission – grupp ta’ professjonisti minn oqsma differenti li jaħdmu b’mod awtonomu u jagħtu rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw allegazzjonijiet ta’ abbuż fil‑Knisja…

  • Kompli aqra »

Is-Sitt Jum tas-Sinodu: Is-smigħ, il-konverżjoni u l-irwol tan-nisa

  • Despite the varying situations and contexts of young people across the world their basic aspirations are the same. They want to be taken seriously, listened to, allowed to contribute and they want us to trust them, Cardinal Oswald Gracias from India said.

    Listening

    “Listening is key in the Synod process,” said French Sister Nathalie Becquart…

  • Kompli aqra »

Il-qawwa taż-żgħożija fil-Knisja

Omelija waqt Quddiesa fil-bidu tal-Missjoni ż-Żgħira u l-festa ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Luqa
    1 ta’ Ottubru 2018

     

  • Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, li l-festa tagħha niċċelebrawha llum u li hi patruna tal-missjonijiet, hi qaddisa li għandha ħafna x’tgħidilna fi żminijietna.

    Żagħżugħa, mara, kontemplattiva

    Hi qaddisa żagħżugħa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ottubru

  • San Luqa 11:1-4 

    Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”.

    U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib”…

  • Kompli aqra »

Johnny English Strikes Again

  • ***

    Direttur:          David Kerr

    Atturi:              Rowan Atkinson, Ben Miller, Olga Kurylenko, Jake Lacy, Emma Thompson, Adam James, Pippa Bennett-Warner, Miranda Hennessy, Irena Tyshyna u David Mumeni

    Ħin tal-Film:    89 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  12

    L-M17 f’attakk cyber minn entità mhux magħrufa, esponiet l-identità kurrenti tal-aġenti kollha…

  • Kompli aqra »

King of Thieves

  • ***

    Direttur:          James Marsh

    Atturi:              Michael Caine, Jim Broadbent, Tim  Courtenay, Charlie Cox, Paul Whitehouse, Michael Gambon u Ray Winstone

    Ħin tal-Film:    108 min

    Maħruġ minnn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  15

    Brian Reader, anzjan ta’ 77 sena, kien magħruf sew bħala ħalliel gwapp…

  • Kompli aqra »

Il-ħames jum tas-Sinodu: L-abbuż sesswali u r-rwol tan-nisa jiġu diskussa waqt is-Sinodu

Arċisqof Charles J. Scicluna jindirizza l-briefing tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni

  • Three participants at the Synod of Bishops on Youth attended the daily press briefing. These included Maltese Archbishop Charles Scicluna, auxiliary bishop of Lyon, France, Emmanuel Gobilliard and Italian author Mr Thomas Leoncini. After offering their impressions of the Synod, two issues were addressed: the sexual abuse of minors and the role of women in the Church.

    Participants impressions of the Synod

    Archbishop Scicluna opened the briefing by saying that he was touched by the very vocal presence of 30 young people at the Synod who, at times, reacted vociferously to what they heard…

  • Kompli aqra »

L-Ewkaristija tgħinna nkunu strumenti ta’ għaqda – L-Isqof Awżiljarju

Omelija waqt Quddiesa mal-Fergħa Ewkaristika

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Iċ-Ċentru Ewkaristiku, il-Marsa

    29 ta’ Settembru 2018

    Il-Fergħa Ewkaristika hi marbuta mal-qalba tal-fidi tagħna: l-Ewkaristija, il-preżenza reali ta’ Ġesù li għażel li jkun magħna hekk mill-qrib u li jingħata għalina. Għalhekk għandha tifsira speċjali ċ-ċelebrazzjoni li qed nagħmlu llum f’din il-quddiesa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ottubru

  • San Luqa 10:38-42 

    F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi”…

  • Kompli aqra »

Jasal Malta l-Isqof Charles Gauci

  • Wasla illum, 8 ta’ Ottubru 2018, tal-Isqof Malti Charles Gauci, Isqof tad-djoċesi ta’ Darwin, l-Awstralja. L-Isqof Gauci gie milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, minn Mons. Philip Calleja u Mons. Alfred Vella mill-Kummissjoni Emigranti, u mill-qraba tiegħu. Mons. Gauci, li twieled fl-1952, ġie ordnat saċerdot fl-1977 u kkonsagrat isqof fis-26 ta’ Settembru li għadda. Hu kien emigra lejn l-Awstralja mal-ġenituri tiegħu fl-1965 fl-età ta’ 13-il sena…

  • Kompli aqra »