Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

  • San Luqa 9:57-62 

    F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

    Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”. Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof fil-Vatikan għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta għal Ruma biex jieħu sehem fil‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet fil‑Vatikan, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’. Is‑Sinodu ser jibda għada l‑Erbgħa, 3 ta’ Ottubru u jintemm il‑Ħadd, 28 ta’ Ottubru 2018.

    Għal dan is‑Sinodu li sejjaħ il‑Papa Franġisku ser jattendu 165 isqof, kif ukoll numru ta’ żgħażagħ minn madwar id‑dinja li flimkien ser jiddiskutu kif il‑Knisja twassal il‑messaġġ tagħha lill‑ġenerazzjoni żagħżugħa, u kif iż‑żgħażagħ stess jistgħu jwasslu l‑Bxara t‑Tajba tal‑Evanġelju…

  • Kompli aqra »

Netwerks, u mhux firda: It-tema għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni 2019

  • Christians must do more to make sure the media, especially social networks, are places of dialogue and respect for others, rather than instruments for highlighting differences and increasing divisions, said the prefect of the Vatican communications office.

    “The risk in our time is that of forming tribes instead of communities – tribes based on the exclusion of the other,” said Paolo Ruffini, the new prefect of the Dicastery for Communication…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

  • San Mattew 18:1-5.10 

    F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

    U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ottubru 2018

  • It‑Tnejn 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Mit‑Tlieta 2 ta’ Ottubru sat‑Tnejn 29 ta’ Ottubru, Monsinjur Arċisqof jattendi l‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet f’Ruma, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’…

  • Kompli aqra »

“Inkunu qaddejja tal-ġustizzja u niddefendu lill-poplu mill-arroganza tal-poter u mill-inġustizzja” – It-talba tal-Arċisqof fil-ftuħ tas-Sena Forensi

Omelija waqt Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2018

  • 

     

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • L-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Ottubru 2018

    Meta Aristotile ried jindika l-atteġġjamenti etiċi u fundamentali tal-bniedem, indika erba’ li aħna nsejħulhom ‘virtujiet kardinali’ għaliex fuqhom, bħaċ-ċpiepet, joqgħod propju l-bieb tal-ħajja morali, tal-ħajja tajba…

  • Kompli aqra »

Dokumentarju ġdid biex jgħin lill-Kattoliċi jifhmu l-Quddiesa

  • “The Mass” is a new documentary that offers a step-by-step guide, through video format, on the meaning and purpose of the Catholic Mass, featuring Bishop Robert Barron, an auxiliary bishop for the Archdiocese of Los Angeles who uses media to educate people about the Catholic faith.

    According to Bishop Barron, in a time where people are more geared to watching videos, video format has the potential of reaching out to more people than possibly a book…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi

  • It-Tnejn, l-1 ta’ Ottubru 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-membri tal-ġudikatura fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2018-2019. Il-Quddiesa ser issir fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9am. 

     

  •  

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

  • San Luqa 9:46-50 

    F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir”.

    Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”…

  • Kompli aqra »