Yearly Archives: 2018

Il-Papa lir-romol ikkonsagrati: Għixu ħajja sempliċi u umli

  • In his prepared words to the women gathered, Pope Francis, underlined how “widowhood is a particularly difficult experience”, adding that some pour their energies into their children and grandchildren.

    The Pope said that with their consecration, the widows showed that it was possible, with the support of members of the Church, to live a life of service by exercising their family, professional and social responsibilities…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

  • San Luqa 5:33-39 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!”. U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar”.

    Qalilhom ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima…

  • Kompli aqra »

Luis & The Aliens

  • ****

    Diretturi:         Christoph Lauenstein u Wolfgang Lauenstein

    Ilħna:               Callum Maloney, Dermot Magennis, Ian Coppinger, Paul Tylak, Lucy Carolan, Eoin Daly, Aileen Mythen, Simon Toal, Danna Davis u Susie Power

    Ħin tal-Film:    88 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Luis Sonntag, tifel ta’ tnax-il sena, sfortunatament tilef lill-ommu xi żmien ilu u Armin…

  • Kompli aqra »

Yardie

  • ***

    Direttur:          Idris Elba

    Atturi:              Aml Ameen, Stephen Graham, Shantol Jackson, Akin Gazi, Fraser James, Everaldo Creary, Mark Rhino Smith u Naomi Ackie

    Ħin tal-Film:    101 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Ninsabu fis-snin sebgħin, ġewwa Kingston fil-Ġamajka, fejn niltaqgħu ma’ Dennis “D” Campbell,  ġuvnott adolexxenti, li flimkien ma’ ħuh il-kbir Jerry Dread jinsabu nkwetati ħafna minħabba l-fatt li f’Kingston ma kienux jaraw ħlief ġlied u mwiet fost in-numru ta’ gangs li kienu jikkompetu kontra xulxin fi ġlied imdemmi biex b’hekk jiddominaw il-kontroll tad-droga mhux biss fil-pajjiż iżda wkoll fl-esportazzjoni tagħha f’pajjiżi oħra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

  • San Luqa 5:1-11 

    Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa…

  • Kompli aqra »

Interessat tibda kors fuq l-istorja tal-Knisja f’Malta jew suġġetti oħra?

  • Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2018, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost il‑11‑il kors offrut mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑istorja tal‑Knisja f’Malta, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, il‑Missirijiet tal‑Knisja, l‑ispiritwalità, l‑irwol tan‑Nisrani fis‑soċjetà, u oħrajn.

    Il‑korsijiet offruti huma dawn:

    • L‑Esperjenza Umana ta’ Alla fit‑Talb/The Human Experience of God in Prayer (NQF livell 4)
    • L‑Ispiritwalità Franġiskana/Module in Franciscan Spirituality II (NQF livell 5)
    • L‑Ispiritwalità u l‑Ġustizzja/Module in Spirituality and Justice (NQF livell 5)
    • Alla u l‑Politika/Module in God and Politics (NQF livell 5)
    • Missirijiet tal-Knisja/Lectio Patrum II (NQF livell 5)
    • Niskopru l‑Fidi Nisranija/Discovering the Christian Faith (NQF livell 4)
    • L‑Adolexxenti u l‑Ministeru Pastorali taż‑Żgħażagħ/Adolescent and Youth Ministry (NQF livell 5)
    • Il‑Ministeru Pastorali tal‑Familja/Family Ministry (NQF livell 5)
    • L‑Istorja tal‑Knisja f’Malta/History of the Church in Malta (NQF livell 5)
    • L‑Għeruq tal‑Fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu /Jewish Roots in Christianity (NQF livell 5)
    • Id‑Dimensjoni Spiritwali fil‑Kura tas‑Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (NQF livell 6)

    L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof fl-400 anniversarju mill-wasla tal-istatwa ta’ Marija Bambina fl-Isla


  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l-Isla

    4 ta’ Settembru 2018

    F’din is-sena ċentinarja mill-wasla tal-istatwa għażiża ta’ Marija Bambina, ippermettuli noffri lil Marija Bambina bukkett ta’ seba’ sunetti li għandkom f’dan il-librett. Kif tafu, sunett huwa poeżija ta’ 14-il vers u fil-verżjoni msejħa Shakespearjana għandek 12-il vers imqassmin fi tlieta u mbagħad żewġ versi ta’ konklużjoni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

  • San Luqa 4:38-44 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

    Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu. Hu qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom u fejjaqhom…

  • Kompli aqra »