L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Diċembru
17/12/2018- Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Ġen 49, 2.8-10
Salm: 71 (72),1- 2.3-4ab.7-8.17L-Evanġelju: Mt 1, 1-17
-
Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan…