Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

  • It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Ġwann 13:21-33.36-38

    F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini”.

    Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù…

  • Kompli aqra »

Il-Papa f’Ħadd il-Palm: Għajtu bil-qawwa “Osanna”

  • Reflecting on the Liturgy of Palm Sunday, Pope Francis contrasted the joy of the people who celebrated Jesus’ entry into Jerusalem with the cries of those who want to silence him.

  • Pope Francis invites us all to see ourselves in the Palm Sunday liturgy. He says that the liturgy “expresses the contradictory feelings that we too, … experience”: love and hatred, self-sacrifice and “washing our hands”, loyalty and betrayal…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

  • It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Ġwann 12: 1-11 

    Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ…

  • Kompli aqra »

L-għotja kbira ta’ ħniena u mħabba aħna se nilqugħa? – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    25 ta’ Marzu 2018

    Ir-rakkont tal-passjoni skont San Mark li għadna kemm smajna, jirrepeti diversi drabi l-idea, il-kunċett u l-verb tal-konsenja: Ġuda jipprova jsib il-ħin propizju biex jagħti lil Ġesù f’idejn il-qassisin il-kbar; Pilatu, biex jogħġob lin-nies, jagħtihom lil Ġesù biex isalbuh; il-Mulej stess jikkonsenja, jerħi ruħu f’idejn il-Missier; u Ġużeppi ta’ Arimatija jitlob lil Pilatu biex jagħtih il-ġisem mejjet ta’ Ġesù u jroddu lill-art…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 25 ta’ Marzu

  • Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej

    San Mark 14: 1-15.47

    Kien għad baqa’ jumejn għall-Għid u għall-Ażżmi, u l-qassisin il-kbar u l-kittieba bdew ifittxu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta’ moħħhom u jagħtuh il-mewt. Għax bdew jgħidu: “Mhux fil-festa, li ma tqumx xi rewwixta fil-poplu”.

    Ġesù kien qiegħed jiekol għand Xmun il-lebbruż f’Betanja…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa għall-JDŻ 2018: La tibżgħux!

Message of the Holy Father Francis for the 33rd World Youth Day

  • Pope Francis, accompanied by youths, passes through the Door of Mercy ahead of a prayer vigil on the occasion of the World Youth Day, in Campus Misericordiae in Brzegi, near Krakow, Poland, Saturday, July 30, 2016.

  • Dear young people,

    World Youth Day 2018 represents another step in preparation for the international WYD due to take place in Panama in January 2019…

  • Kompli aqra »

“Kemm hi sabiħa li aħna l-ulied ikollna l-grazzja nuru l-imħabba tagħna lejn il-ġenituri” – L-Arċisqof f’Jum id-Duluri

  • Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, il-Belt Valletta
    23 ta’ Marzu 2018

    Bir-raġun bħal-lum infakkru din ix-xena fuq il-Kalvarju: ħdejn is-salib ta’ Ġesù kkundannat għall-mewt għaliex ippretenda li jkun is-sultan tal-Lhud; dik kienet il-kundanna: Ġesù ta’ Nażaret Sultan tal-Lhud. Il-kundanna kienet fiha nnifisha umiljazzjoni għaliex is-Sultan tal-Lhud ma kienx fuq tron liebes il-porpra imma kien għeri, imsallab ma’ għuda…

  • Kompli aqra »

Fil-Madonna naraw tbatijiet li mhumiex antiki elfejn sena, imma attwali; niftakru f’tant ommijiet inkwetati minħabba wliedhom – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-istudenti tal-MCAST f'Jum id-Duluri

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • MCAST, Raħal Ġdid
    23 ta’ Marzu 2018

    Il-festa tal-lum hija festa devozzjonali, antika ħafna, li aħna l-Maltin, bħal pajjiżi oħra fil-Mediterran, bqajna ngħożżu u nibqgħu ngħożżu. Forsi tiftakru li Oliver Friggieri, meta kkumenta fuq din il-festa, sejħilha “il-festa verament nazzjonali”. U kien qed jirreferi għal devozzjoni qawwija ħafna li f’dan il-pajjiż tgħaqqad diversi nies li, matul is-sena u llum iżjed u iżjed fuq is-social media, ikunu qegħdin jitqatlu bħal klieb u qtates…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Marzu

  • San Ġwann 11:45-56 

    F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna”…

  • Kompli aqra »

Tama ġdida

  • L-Arċidjoċesi ta’ Malta tistieden lill-Insara sabiex fl-aktar ġimgħa importanti għall-Knisja Kattolika jfittxu lil Ġesù f’min qed ibati.

    Din il-ġimgħa, li għaliha aħna mħeġġin nipparteċipaw fil-funzjonijiet li jsiru fil-knejjes tagħna, tibda biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, u tilħaq il-qofol tagħha fil-festa tal-Għid il-Kbir.

    Il-Ġimgħa Mqaddsa hija oppportunità biex nirriflettu fuq il-grazzja tas-salvazzjoni li kiseb għalina Sidna Ġesù Kristu bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet…

  • Kompli aqra »