Arkivji mensili: Lulju 2019

Tnedija tal-ktieb ‘Jiena Thomas’

  • “San Tumas More spiċċa martri għax kien onest u għaldaqstant dan il-qaddis għandu jkun ta’ eżempju għal kull wieħed u waħda minna, u għalhekk min verament jixtieq jimxi b’moralità, illum hawn ħafna modi biex ikun jista’ jiddefendi lilu nnifsu, iżda nfakkar li moralità waħda hemm: il-verità”, qal l-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt it-tnedija ta’ pubblikazzjoni oħra mill-Parlament, ‘Jiena Thomas’.

    L-Ispeaker faħħar il-ħidma u r-riċerka ta’ Patri Thomas Moore dwar il-qaddis Thomas More u qal li din il-pubblikazzjoni għandha tkun ta’ interess għal dawk interessati fil-politika u li jservu minn din l-istituzzjoni tant prestiġjuża hekk kif fakkar li l-Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 2000, nhar il-31 ta’ Ottubru, kien iddikjara lil dan il-qaddis bħala l-Patrun tal-Politiċi u tal-Istatisti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 41, 55-57; 42, 5-7a. 17-24a
    Salm: 32 (33), 2-3.10-11.18-19

    L-Evanġelju: Mt 10, 1-7

  • F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu.

    L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh…

  • Kompli aqra »

Inwasslu l-ferħ u mhux in-niket – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa f'għeluq il-50 sena ta’ ħajja reliġjuża ta’ 5 sorijiet u 25 sena ta’ ħajja reliġjuża ta’ soru tal-Ulied il-Qalb ta' Ġesù

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Il-Kunvent tal-Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, Fleur-de-Lys

    7 ta’ Lulju 2019

    Waħda mill-karatteristiċi sbieħ ta’ Papa Franġisku hi l-enfasi fuq il-ferħ. Araw tlieta mid-dokumenti prinċipali tiegħu: Il-Ferħ tal-Evanġelju; Il-Ferħ tal-Imħabba; Ifirħu u Thennew. Hemm din in-nota kontinwa ta’ ferħ…

  • Kompli aqra »

Id-69 Kapitlu Provinċjali tal-Aħwa Kapuċċini tal-Provinċja Maltija

  • Fil-bidu ta’ Lulju ġie ċċelebrat id-69 Kapitlu Provinċjali Ordinarju Elettiv tal-Aħwa Kapuċċini Maltin. Dan il-kapitlu sar fil-kunvent tas-Salib Imqaddes fil-Furjana u għalih attendew 53 Aħwa Kapuċċini.

    Matul il-ġimgħa tal-Kapitlu, il-patrijiet Kapuċċini kellhom iċ-ċans jitolbu, jiddiskutu u anke jfasslu flimkien programm għall-futur tal-Provinċja. F’dan il-Kapitlu, ippresedut mill-Ministru Ġenerali tal-Ordni tal-Kapuċċini Patri Roberto Genuin u fil-preżenza tal-Kunsillier Ġenerali Patri Pio Morat, saru wkoll l-elezzjonijiet tal-Ministru Provinċjali u anke tal-Kunsill tiegħu għat-tliet snin li ġejjin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 32, 22-32
    Salm: 16 (17), 1.2-3.6-7.8b u 15

    L-Evanġelju: Mt 9, 32-38

  • F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”…

  • Kompli aqra »

Il-paniġierku tal-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl

Quddiesa fil-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat

    7 ta’ Lulju 2019

    F’Kapitlu 9 tal-Atti tal-Appostli San Luqa jirrakkontalna l-esperjenza tal-konverżjoni ta’ Sawlu, l-Appostlu Missierna Pawlu. Għandna erba’ verżjonijiet ta’ din l-esperjenza li tlieta minnhom huma f’dan il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (Kap 9, kap 22 u Kap 26). Fl-Ewwel Qari smajna t-tieni waħda meta jirrakkontaha Pawlu stess, u fl-ittra lill-Galatin, Kapitlu 1, Pawlu jerġa’ jagħti l-istess esperjenza…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Il-migranti jirrappreżentaw lil dawk kollha mwarrba mis-soċjetà

  • He had been Pope for only 4 months when he made a surprise visit to Lampedusa. It was his first pastoral visit outside Rome. This tiny island, halfway between Sicily and the coast of North Africa, has become one of the main European points of entry for migrants and refugees trying to cross the Mediterranean.

    It was on 8 July 2013, that Pope Francis spoke of the “globalization of indifference”…

  • Kompli aqra »

€687,795 miġbura waqt il-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

  • 687,795 inġabru waqt il-ħdax-il edizzjoni tal-maratona ta’ volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li saret bejn il-Ġimgħa 5 u l-Ħadd 7 ta’ Lulju 2019 fil-parkeġġ tad-Dar fis-Siġġiewi. Din is-somma tinkludi €378,226 li nġabru waqt l-edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank tat-28 ta’ Ġunju fuq TVM.

    40 player rġiel u nisa, coaches, referees, scorekeepers, tobba, fiżjoterapisti u infermiera sfidaw is-sħana li ippersistiet u għal tlieta u ħamsin siegħa sħaħ intlagħab il-Volleyball biex jinġabru l-fondi li d-Dar tant għandha bżonn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Lulju

  • Qari tal-Jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 28, 10-22a
    Salm: 90 (91), 1-2.3-4.14-15ab

    L-Evanġelju: Mt 9, 18-26

  • F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

    Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Lulju

  • L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 66, 10-14ċ
    Salm: 65 (66), 1-3a.4-5.6-7a.16 u 20
    It-Tieni Qari: Gal 6, 14-18

    L-Evanġelju: Lq 10, 1-12.17-20

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu…

  • Kompli aqra »