Arkivji mensili: April 2020

Min jiltaqa’ magħna jara fina l-opra qawwija tal-grazzja u tal-maħfra li jagħtina l-Mulej? – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għaż-żgħażagħ

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bdejna jiem tassew għeżież li fihom fil-quddiesa l-Knisja ssemmgħalna l-profeziji ta’ Iżaija dwar il-qaddej tal-Mulej, il-qaddej li jsofri, li jġorr it-tbatijiet tal-poplu u għalhekk issir ġustizzja għall-ġnus. “Araw il-qaddej tiegħi li jiena nwieżen, il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet” (Iż 42:1).

F’dan l-ewwel innu tal-qaddej ta’ Alla, il-Messija jiġi ppreżentat bħala Messija ta’ ħlewwa kbira: “ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu […], qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx” (Iż 42:2-3)… Kompli aqra »

Espressjoni ta’ mħabba sħiħa – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għaż-żgħażagħ

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta darba lil Ġesù staqsewh liema hu l-ikbar kmandament, kien qalilhom: “L-ewwel kmandament huwa… ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu u bil-qawwa tiegħek kollha” (Mk 12:30).  Dan li rajna llum fl-Evanġelju – dak li għamlet Marija meta ġabet il-fwieħa u dilket riġlejn Ġesù u xxuttathomlu mbagħad b’xagħarha – kienet espressjoni ta’ din l-imħabba totali, imħabba sħiħa lejn Ġesù… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lit-tfal fil-Ġimgħa Mqaddsa 2020

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Arċisqof Charles Scicluna jgħaddi messaġġ lit-tfal għal dal-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ifakkar biex jiftakru fin-nanniet tagħhom u jċemplulhom, kif ukoll jaħdmu mid-dar, jgħinu fid-dar u kemm jista’ jkun jagħmlu paċi malajr meta jkollhom xi jgħidu mal-aħwa.

Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof jaqsam ukoll tliet affarijiet għeżież għalih li jfakkruh fi tfulitu biex jispjega l-importanza ta’ dawn il-ġranet u kemm hu importanti t-talb fil-familja. Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 6 t’April 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 42, 1-7
Salm: 26 (27), 1.2.3.13-14

L-Evanġelju: Ġw 12, 1-11

Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur,

tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 6 ta’ April 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Rafa’ fuqu l-ħażen tagħna – L‑Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Ħadd il-Palm

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’dan ir-rakkont tal-Passjoni skont San Mattew għandna konċentrazzjoni ta’ ħażen. Meta naraw dan ir-rakkont biċċa biċċa, naraw dnub wara ieħor. Ġesù għaddej f’din il-passjoni, u dawk li għandhom sehem f’din il-passjoni b’xi mod jew ieħor qed jagħżlu dak li hu ħażin, dak li hu dnub.

Naraw it-tradiment, l-għira, il-mibegħda, il-vjolenza, l-insulti, il-ħarba mir-responsabbiltà, u l-abbuż tal-poter. Hemm qisu dak li kultant ngħixu fl-esperjenza tagħna l-bnedmin ikkonċentrat hemmhekk fil-passjoni ta’ Ġesù, sal-aħħar mument meta jsallbuh u jmut… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus iħeġġeġ liż-żgħażagħ ikunu xhieda ta’ tama

L-Angelus f'Ħadd il-Palm

  Il-Vatikan

Pope Francis, Palm Sunday  (Vatican Media)

Pope Francis greets the faithful following his Palm Sunday Mass and Angelus and prays for the sick and their families, and all those who self-sacrificingly care for them.

Pope Francis ended his Palm Sunday Angelus by greeting the faithful “taking part through the means of social communication”. In particular, he said, “my thoughts go out to the young people all over the world”, who are living today’s Diocesan World Youth Day “in an unprecedented way”… Kompli aqra »