Arkivji mensili: April 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 2 t’April 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: qalb safja tara lil Alla

  Il-Vatikan

Pope Francis during his weekly General Audience  (Photo: Vatican Media)

Pope Francis focuses the catechesis of his General Audience on the sixth Beatitude, which promises that those with a pure heart will see God.

The sixth Beatitude promises that those with a pure heart will see God. Pope Francis began his catechesis explaining that anyone who seeks the face of God shows the desire for a “personal relationship” with Him… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17, 3-9
Salm: 104 (105), 4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Ġw 8, 51-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? … Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 2 ta’ April 2020, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

Il-verità teħlisna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta biex inkunu tassew dixxipli ta’ Ġesù

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-verità teħliskom”. Din il-kelma li smajna minn Ġesù llum turi l-qawwa li għandha l-Kelma ta’ Alla f’ħajjitna. Li hi kelma vera u hi kelma li tagħtina l-libertà vera, il-ħelsien. Ġesù għalhekk jgħid: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi…tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”.

Ma kinetx l-ewwel darba li tkellem fuq hekk Ġesù u lanqas l-aħħar darba. Fil-fatt, fil-bidu tal-ministeru tiegħu kien qal li hu ġie biex ixandar l-Aħbar it-Tajba li teħles lill-imjassrin, li tagħti l-libertà… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa

Il‑Ħadd 5 ta’ April, fid‑9:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑Passjoni tal‑Mulej fil‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

It‑Tnejn 6 ta’ April, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t‑talba tar‑Rużarju.

It‑Tlieta 7 ta’ April, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t‑talba tar‑Rużarju… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’April 2020

Matul ix‑xahar ta’ April, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddiesa kuljum li, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus, qed tixxandar kuljum fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Il‑Quddies iċċelebrat mill‑Arċisqof qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fil‑5:30 p.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30 a.m. mill‑Knisja ta’ San Franġisk, il‑Ħamrun…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3, 14-20.91-92.95
Salm: Dan 3, 52.53-54.55-56

L-Evanġelju: Ġw 8, 31-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”. Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub… Kompli aqra »