Arkivji mensili: Awwissu 2021

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Settembru 2021

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Djarju Dar tal-Providenza 2022

Kull sena, id-Dar tal-Providenza tistampa djarju biex jitqassam lil kull familja f’Malta u Għawdex. Biex dan ikun possibli jkun hemm bżonn, mhux biss li jkun stampat, iżda wkoll li jiġi infilsat f’envelop qabel jitqassam. 

Bħalissa għadd kbir ta’ voluntiera qed jgħinu fil-proċess tal-infilsar, fosthom voluntiera mill-Parroċċi ta’ Ħ’Attard, ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara u l-Mellieħa. Grupp ta’ voluntiera Għawdxin ukoll qed jgħinu f’din l-inizjattiva.  Bħal kull sena dan id-djarju jitqassam b’xejn f’kull dar mill-Maltapost plc… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 5, 1-6.9-11
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Lq 4, 31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! … Kompli aqra »

Biex ma nfallux – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieqkom tinnutaw ftit x’ġara f’din il-ġrajja mill-Evanġelju skont San Luqa, meta Ġesù jmur lura Nażaret fejn kien trabba, u jidħol fis-sinagoga. Meta jidħol hemmhekk, u jieħu dik is-silta mill-Profeta Iżaija li tħabbar il-missjoni tiegħu, l-Evanġelju jgħid li “lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Reazzjoni sabiħa, pożittiva. Jilqgħu l-kelma.

Imma mbagħad, ftit wara, meta Ġesù jispjega aktar fid-dettall, tinbidel għal kollox ir-reazzjoni tagħhom… Kompli aqra »

Għorrief u għaqlin – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-22 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

F’dan iż-żmien ta’ pandemija li għexna u għadna qed ngħixu, kemm-il darba fakkarna lil xulxin kemm hemm bżonn insegwu l-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn, l-użu tas-sanitiser, eċċ. Imma wkoll daż-żmien fakkarna li hemm xi miżuri li tajjeb li nsegwuhom, anke meta ma jkunx hawn pandemija. Waħda minnhom hi l-ħasil tal-idejn, u l-ħasil tal-idejn qabel l-ikel. Hekk aħna mdorrijin nagħmlu, u hekk għandna nagħmlu u hi ħaġa tajba, u hekk jgħallmu l-ġenituri lit-tfal tagħhom mindu żgħar… Kompli aqra »

L-imħabba li tifdi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Ġiljan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġiljan, San Ġiljan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Ġiljan hu qaddis li ħalla impressjoni kbira tul is-snin. Jingħad li f’Malta d-devozzjoni lejh bdiet fis-seklu 15. Għalkemm ma nafux ħafna dettalji storiċi fuq ħajtu, ħajtu hi espressa f’diversi poeżiji, pitturi u rappreżentazzjonijiet artistiċi oħra, speċjalment fil-Medju Evu. Fi Franza, fil-Katidral ta’ Rouen, u fil-Katidral ta’ Chartres, hemm ħġieġ bl-istained-glass sbieħ ħafna bl-istorja ta’ ħajtu.

X’ninnutaw f’dan kollu? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Inħarsu lejn il-ħajja billi nibdew mill-qalb tagħna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jurina lil xi skribi u fariżej li baqgħu skantati bl-atteġġjament ta’ Ġesù.  Skandalizzaw ruħhom għax id-dixxipli tiegħu qed jieklu mingħajr ma mxew fuq it-tradizzjoni ritwali li qabel, jaħslu jdejhom.  Bejnhom u bejn ruħhom jgħidu: “Din l-imġieba tmur kontra l-prattika tar-reliġjon” (cfr Mk 7, 2-5).

Aħna wkoll nistgħu nsaqsu: Għaliex Ġesù jippermetti li d-dixxipli tiegħu ma jagħtux kas ta’ dawn it-tradizzjonijiet?  Fl-aħħar mill-aħħar mhux affarijiet ħżiena, imma ritwali tajbin, sempliċi ħasil qabel wieħed jibda jiekol.  Għaliex Ġesù ma jagħtix kas?  Għax għalih l-aktar importanti hu li l-fidi terġa’ tieħu postha fil-qalba ta’ kollox.  Fl-Evanġelju dan narawh isir il-ħin kollu: li l-fidi terġa’ titqiegħed fiċ-ċentru.  U nevitaw riskju li jgħodd għal dawk l-iskribi u għalina wkoll: li nosservaw il-formalità li tidher u l-vera sustanza tal-fidi ntuha t-tieni post.  Bosta drabi aħna wkoll “nirtukkaw” qlubna.  Il-formalità esterna mhijiex ir-ruħ tal-fidi: dan hu riskju.  Huwa r-riskju ta’ reliġjożità tad-dehra: nidhru tajbin minn barra filwaqt li ma nagħtux kas biex insaffu qlubna.  Dejjem hemm it-tentazzjoni li lil Alla “nsibulu soluzzjoni” b’xi devozzjoni tad-dehra, iżda Ġesù mhux kuntent b’kult bħal dan.  Ġesù ma jridx dak li jidher, irid fidi li tirfed il-qalb… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jħeġġeġ it-talb u s-sawm għall-Afganistan

“I am following the situation in Afghanistan with great concern,” Pope Francis said on Sunday, adding, “I share in the suffering of those who mourn for the people who lost their lives in the suicide attacks last Thursday, and of those who are seeking help and protection.”

Almost two hundred people were killed in the suicide bombing at Kabul’s airport last week, and thousands of people are still waiting desperately to flee to the country as the Taliban takes control of the war-torn nation… Kompli aqra »