Naċċettaw ir-rieda ta’ Alla bla tgergir – L-Arċisqof
05/08/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Rari naqraw din is-silta b’mod sħiħ. Ħafna drabi nieqfu fil-kelma sabiħa ta’ Ġesù lil Pietru li jirrikonoxxi l-kelma tal-missier permezz tal-appostlu u jgħidlu: “Int tkellimt hekk għax imnebbaħ minn missieri li hu fis-smewwiet. “Mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma missieri li hu fis-smewwiet” (Mt 16:17). Imma Pietru ma tlumux li jibqa’ jirraġuna ta’ bniedem li hu.
Meta Ġesù jibda jitkellem dwar il-ħtieġa li jbati, li jkun miċħud, li joqtluh u li jqum fit-tielet jum… Kompli aqra »