Ix-Xahar tal-Ħolqien 2021: Nagħtu widen leħen iċ-ċittadin
Stqarrija għall-istampa mill-Kummissjoni Ambjent għax-Xahar tal-Ħolqien
01/09/2021Fl‑okkażjoni tax‑Xahar tal‑Ħolqien (mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru), il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qed toffri xi riflessjonijiet li jistgħu jgħinu lil pajjiżna jagħmel l‑aħjar għażliet sabiex jiżgura kwalità tal‑ħajja li tassew tixraq lilna u lil uliedna.
Il‑ħtieġa ta’ dibattiti sinċiera u onesti
L‑istorja turina li l‑ebda naħa tal‑Kamra tal‑Parlament Malti ma tista’ tqis lilha nnifisha bħala xi paladin tal‑ambjent. Id‑difiża ġenwina tal‑ambjent, fil‑maġġoranza assoluta tal‑każi, dejjem waqgħet fuq dahar l‑NGOs, id‑diversi kunsilli lokali li kellhom il‑kuraġġ jitkellmu lil hinn mill‑interessi dojoq partiġġani, u ċ‑ċittadini ta’ kuxjenza… Kompli aqra »