Bla ma qagħad jomgħodha – L-Isqof Galea-Curmi
10/09/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Ġesù ma joqgħodx jomgħodha. Jitkellem ċar u dirett. Għalhekk hawnhekk jgħid: “Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu għandek f’għajnek int?” U jgħid: “Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk”.
Hu kliem li nifhmuh, għax jaqbel ħafna mal-esperjenza tagħna l-bnedmin. Kultant inħarsu lejn l-oħrajn u naraw il-ħażin, naraw id-difetti… Kompli aqra »