Arkivji mensili: Ottubru 2021

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 5: 12.15b.17-19.20b-21
Salm: 39 (40): 7-8a.8b-9.10.17

L-Evanġelju: Lq 12: 35-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom… Kompli aqra »

San Luqa: l-evanġelista tal-ħniena ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Luqa waħdu baqa’ miegħi” (2 Tim 4:11). Dan hu li smajna lil San Pawl jgħid illum fit-Tieni Ittra tiegħu lil Timotju, meta qisu jilmenta li dawk li kienu miegħu telqu jew ħallewh, u baqa’ biss Luqa. Fil-fatt Luqa kien dixxiplu ta’ Pawlu. Huwa hu li jsemmih fi tliet ittri differenti.  F’ittra minnhom jirreferi għalih bħala t-tabib għażiż (ara Kol 4:14), f’ittra oħra bħala ħaddiem miegħu (ara Filemon 1:24), u hawn jgħid li hu biss baqa’ miegħu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Jalla l-Ispirtu s-Santu jġedded fina l-grazzja tal-magħmudija

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Mk 10, 35-45) jirrakkonta li żewġ dixxipli, Ġakbu u Ġwanni, jitolbu li Ġesù biex ġurnata waħda jkunu bilqiegħda maġenbu fil-glorja, qieshom xi “prim  ministri”, jew xi ħaġa hekk.  Iżda d-dixxipli l-oħra jisimgħuhom u jieħdu għalihom.  F’dal-punt, bil-paċenzja, Ġesù joffrilhom tagħlima kbira: il-veru glorja ma tinkisibx billi nogħlew fuq l-oħrajn imma billi ngħixu l-istess magħmudija li kellu jirċievi Hu, ftit taż-żmien wara, f’Ġerusalemm, jiġifieri s-salib.  Xi jfisser dan?  Il-kelma ‘magħmudija” tfisser “immersjoni”: bil-Pasjoni tiegħu Ġesù niżel fl-imwiet billi offra ħajtu biex isalvana.  Il-glorja tiegħu, il-glorja t’Alla għalhekk, hi mħabba li ssir qadi, mhux setgħa mxennqa biex tiddomina.  Mhux setgħa bix-xenqa li tiddomina, le!  Hija mħabba li ssir qadi.  Għalhekk Ġesù jtemm jgħid lil tiegħu, u lilna wkoll: “Min irid ikun il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom” (Mk 10, 43).  Biex tikbru għandkom timxu t-triq tal-qadi, isservu lill-oħrajn… Kompli aqra »

Baġit 2022: Lil hinn min-numri

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tilqa’ l‑Baġit 2022, u tagħraf iż‑żminijiet ta’ sfida li pajjiżna u d‑dinja għaddew u se jkomplu jgħaddu minnhom fil‑futur qarib. Il‑Kummissjoni qed toffri l‑fehma tagħha fid‑dawl tal‑inizjattiva “Beyond GDP” li tnediet is‑sena li għaddiet bil‑għan li tippromwovi l‑ħtieġa li pajjiżna jfassal mill‑ġdid il‑mudell ekonomiku tiegħu lejn viżjoni aktar olistika u sostenibbli.

Bilanċ bejn il‑ħajja u x‑xogħol

Diversi inizjattivi mressqa fil‑baġit jippremjaw lil dawk li jixtiequ jaħdmu aktar… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

San Luqa, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 4: 10-17b
Salm: 144: 10-13. 17-18

L-Evanġelju: Lq 10: 1-9

F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu.

U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu… Kompli aqra »

Niksbu l-aħjar post meta nkunu qaddejja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fid-29 Ħadd ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù kellu diversi diżappunti mill-ħbieb tiegħu tul il-ħajja tiegħu. U dan li smajna fl-Evanġelju kien diżappunt kbir għalih.

Hawn smajna kif tnejn mit-tnax, tnejn mill-ħbieb tiegħu, imma terġa’, tnejn minn dawk l-aktar ta’ ġewwa, Ġakbu u Ġwanni, li ftit qabel kienu ma’ Ġesù fuq il-muntanja Tabor fit-Trasfigurazzjoni, u li kienu miegħu wkoll f’mumenti oħra speċjali – għalhekk qrib tiegħu ħafna – ġew jistaqsuh biex fil-glorja tiegħu wieħed ikun naħa u l-ieħor ikun oħra… Kompli aqra »

Nimxu flimkien bħala Knisja waħda fi vjaġġ wieħed – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-ftuħ tal-mixja djoċesana għas-Sinodu tal-Isqfijiet

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-dixxipli ta’ Ġesù kienu bnedmin bħalna. Ħafna drabi ninsewha din għax għalina huma kollha qaddisin,  ħlief wieħed li spiċċa naqra ħażin, u nsejħulhom San Bert u Sant’Andrija u San Pietru. Imma l-qdusija tagħhom kienet mixja. L-Evanġelju tal-lum jitkellem propju f’mument fejn tnejn minnhom jixtiequ li jkollhom post importanti fis-saltna ta’ Ġesù. Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, jinsistu miegħu: “Dak li nitolbuk irriduk tagħmilulna”  (Mk 10:35)… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Ottubru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 53: 10-11
Salm: 32 (33): 4-5.18-19.20.22
It-Tieni Qari: Lhud 4: 14-16

L-Evanġelju: Mk 10: 35-45

F’dak iż-żmien, Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna”. “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom. U huma weġbuh: “Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek”… Kompli aqra »