Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Gwardamanġa
14/10/2021L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Patri Joseph Zahra, Dumnikan, bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.
Patri Joseph Zahra twieled fil‑25 ta’ Mejju 1974. Huwa studja l‑filosofija u t‑teoloġija fl‑Università ta’ Bologna fl‑Italja. Beda l‑formazzjoni reliġjuża fl‑1992 fil‑Kunvent tal‑Madonna tal‑Għar, ir‑Rabat, u sentejn wara għamel l‑ewwel professjoni solenni. Hu ġie ordnat saċerdot fit‑22 ta’ Lulju 2003 fis‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa, fejn serva bħala viċi kappillan għal erba’ snin… Kompli aqra »