Arkivji mensili: Diċembru 2021

Live: Il-Quddiesa ta’ Nofsillejl u l-Quddiesa f’Jum il-Milied

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għada, l-24 ta’ Diċembru, fil-10:45pm jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir il-prietka tat-tifel, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied. F’nofsillejl l-Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni tixxandar live fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.mt.

Fil-25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina… Kompli aqra »

Tiżdied il-problema ta’ nies bla saqaf – ħaddiema ta’ Dar Osanna Pia

“Fi żmien il-Milied, aħsbu f’min hu bla saqaf fuq rasu jew jorqod f’karozza jew garaxx. F’dawk li m’għandhomx biex jixtru l-ikel jew iħallsu l-kera”.

Dan intqal mill-ħaddiema ta’ Dar Osanna Pia li tinsab f’Tas-Sliema u toffri programm ħolistiku għall-21 żgħażugħ li jinsabu bla saqaf fuq rashom.

Il-ħaddiema qalu wissew li, għalkemm ma narawx nies bla saqaf fit-tined bħal barra minn Malta, jekk tfittex sewwa tinnota li din il-problema qed tikber f’Malta , kemm fost il-Maltin u l-barranin… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3, 1-4.23-24
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.8-9.10 u 14

L-Evanġelju: Lq 1, 57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jappella biex il-pajjiżi Ewropej kollha jġorru r-responsabbiltà tal-migrazzjoni

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, ftit tal-jiem biss bogħod mill-Milied, nixtieq infakkar mill-ġdid magħkom il-ġrajja li l-istorja ma tistax twarrab: it-twelid ta’ Ġesù.

Biex jobdu d-digriet tal-Imperatur Ċesari Awgustu, li ordna li kulħadd kellu jmur jirreġistra fil-pajjiż tal-oriġni tiegħu, Ġużeppi u Marija minn Nazaret telgħu Betlehem. Malli waslu, mill-ewwel fittxew fejn joqogħdu, għax kien għalqilha ż-żmien biex teħles; imma ma sabux, u allura Marija kellha tiled fi stalla (ara Lq 2:1-7)… Kompli aqra »

Infittxu wiċċ Ġesù f’qalb kulħadd, l-aktar f’dawk li jinsabu fil-periferiji

Bi preparazzjoni għas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, ta’ min nistaqsu aħniex nirrispettaw u ngħixu f’armonija mal-ħolqien, kif ukoll aħniex ngħixu d-doni li ħadna fis-sagramenti tal-magħmudija u tal-griżma tal-isqof fejn ingħatajna l-milja tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej.

Dan l-Ispirtu għandna nħalluh imexxina fit-tieni sena tal-proċess ekkleżjali ta’ Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, imniedi fl-aħħar Assemblea Djoċesana bit-tema Knisja li tisma’ hi Knisja li tilqa’, b’rabta mal-mixja sinodali lejn is-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir fl-2023… Kompli aqra »

Avviż

Mill-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru sat-Tnejn 3 ta’ Jannar (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqa. Se jiftħu mill-ġdid għall-pubbliku mit-Tlieta 4 ta’ Jannar 2022. Kompli aqra »

Id-Dimostrazzjoni tal-Bambin tagħlaq 100 sena

Dimostrazzjoni tal-Bambin fiż-Żejtun fl-24 ta’ Diċembru 1959

L-ikbar żewġ misteri tal-Fidi Nisranija, li jagħmluha differenti minn kull reliġjon oħra, huma l-misteru tat-Trinità (Alla wieħed fi Tliet Persuni, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu) u l-misteru tal-inkarnazzjoni, jiġifieri li Alla li sar bniedem fil-persuna ta’ Ġesù Kristu biex jifdi lill-bniedem. Forsi ħafna nsew imma l-Milied mhu xejn għajr il-festa tal-inkarnazzjoni: it-tifkira ta’ meta Alla sar bniedem. Nistgħu ngħidu li dawn iż-żewġ misteri fundamentali tar-reliġjon Kristjana kienu suġġett speċjali tal-meditazzjoni ta’ San Ġorġ Preca u li fuqhom bena l-qdusija tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 24-28
Salm: 1 Sam 2, 1.4-5.6-7.8abċd

L-Evanġelju: Lq 1, 46-55

F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »