Arkivji mensili: Diċembru 2021

Il-Papa fl-Udjenza: l-importanza tas-silenzju fiż-żminijiet tal-lum

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-mixja ta’ riflessjoni tagħna fuq San Ġużepp. Wara li wrejt l-ambjent li fih għex, ir-rwol tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni, u l-fatt li kien ġust u r-raġel ta’ Marija, illum nixtieq neżamina aspett ieħor importanti tal-figura tiegħu: is-skiet. Tant drabi llum għandna bżonn tas-skiet. Is-skiet hu importanti. Lili jolqotni vers mill-Ktieb tal-Għerf li nqara mill-perspettiva tal-Milied u li jgħid: “Waqt li ħemda ta’ kwiet kienet taħkem fuq kollox, il-kelma setgħana tiegħek niżlet fuq din l-art”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 54, 1-10
Salm: 29 (30), 2 u 4.5-6.11-12a u 13b

L-Evanġelju: Lq 7, 24-30

Xħin il-messaġġiera ta’ Ġwanni telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? Imma intom xi ħriġtu taraw? Raġel liebes l-ilbies fin? Dawk li jilbsu sabiħ, u jgħixu fit-tlellix, fil-palazzi tas-slaten issibhom! Mela għalfejn ħriġtu? Biex taraw profeta? … Kompli aqra »

Funzjonijiet reliġjużi mill-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida

Il‑funzjonijiet reliġjużi li se jmexxi l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il‑Milied. Dawn il‑funzjonijiet huma miftuħin għall‑pubbliku skont il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa b’rabta mal‑pandemija COVID‑19.

Il‑Ġimgħa 24 ta’ Diċembru, lejlet il‑Milied, fil‑10:45 p.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina, jibda l‑Uffiċċju tal‑Qari u kant tal‑għanjiet tal‑Milied, u ssir l‑prietka tat‑tifel. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 45, 6b-8.18.21b-25
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Lq 7, 19-23

F’dak iż-żmien, Ġwanni sejjaħ tnejn mid-dixxipli tiegħu u bagħathom għand il-Mulej biex jistaqsuh: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”. Kif dawk it-tnejn waslu ħdejh qalulu: “Ġwanni l-Battista bagħatna għandek biex nistaqsuk: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”… Kompli aqra »

Il-ħidma ta’ Patri Ġwann Xerri rikonoxxuta f’Jum ir-Repubblika

Patri Ġwann Xerri kien inħatar fl-Ordni Nazzjonali tal-Merti talli dejjem kien sod, konsistenti u b’vuċi voċifera favur dawk li tilfu d-dar tagħhom, favur in-nisa u l-omosesswali fost oħrajn.

Patri Ġwann Xerri jibqa’ magħruf bħala persuna li dejjem iddefenda d-drittijiet tal-foqra u dawk emarġinati mis-soċjetà anke f’postijiet meqjusa perikolużi u fejn hu kien f’periklu. Hu miet f’Mejju ta’ din i-sena kawża tal-Covid-19.

L-eks Membru Parlamentari Laburista, Reno Calleja ukoll ingħata Ġieħ ir-Repubblika “talli ppromwova lil Malta fuq livell interazzjonali b’mod partikolari fiċ-Ċina.” Bħalissa hu qed iservi ta’ konsulent għar-relazzjonijiet maċ-Ċina, lir-Rettur tal-Università f’Malta u rappreżentant tal-Gvern fi ħdan il-Kunsill tal-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3, 1-2.9-13
Salm: 33 (34), 2-3.6-7.17-18.19 u 23

L-Evanġelju: Mt 21, 28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”. U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess… Kompli aqra »

B’liema setgħa? – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu?” Din kienet il-mistoqsija li għamlu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu lil Ġesù meta sabuh fit-tempju qiegħed jgħallem. Riedu jkunu jafu min tahielu din is-setgħa.

Fil-fatt din is-silta tiġi ftit wara l-ġrajja ta’ meta Ġesù daħal fit-tempju u keċċa ’l barra l-bejjiegħa u x-xerrejja, u qalilhom: “Hemm miktub: Dari dar it-talb tissejjaħ, u intom għamiltuha għar tal-ħallelin”… Kompli aqra »