Arkivji mensili: Jannar 2022

‘Iħenn għalina Alla, u jberikna’ – It-talba tagħna fl-aħħar tas-sena

Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla fi tmiem is-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iħenn għalina Alla, u jberikna” (S 67:2). Kemm hi sabiħa din it-talba li għedna bħala responsorju għas-Salm 67. Hija propju t-tieni vers ta’ dan is-salm li tiġbor fiha t-talba li toħroġ minn qalbna fi tmiem din is-sena u lejlet il-bidu ta’ sena ċivili ġdida.

“Iħenn għalina Alla” hija talba u fl-istess ħin hi att ta’ fidi u att ta’ tama… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6, 22-27
Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
It-Tieni Qari: Gal 4, 4-7

L-Evanġelju: Lq 2, 16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja… Kompli aqra »