Arkivji mensili: Frar 2022

Ġbir ta’ fondi għall-Ukrajna

Caritas Malta b'sejħa ta' emerġenza

Fuq talba tal‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il‑poplu tal‑Ukrajna li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba l‑gwerra. Din hi waħda mill‑inizjattivi li l‑Knisja f’Malta qed tieħu biex tgħin lill‑poplu Ukren.

Madwar tliet miljun persuna Ukrena għandhom bżonn għajnuna umanitarja wara l‑attakki mir‑Russja li bdew fl‑24 ta’ Frar. L‑attakki mill‑armata Russa għamlu diversi ħsarat f’diversi bliet fil‑Lvant tal‑Ukrajna, fosthom fil‑kapitali Kiev, fejn ġew ibbumbardjati djar, appartamenti, sptarijiet u skejjel. 

Caritas Malta qed tappella għad‑donazzjonijiet biex permezz ta’ Caritas Internationalis tingħata l‑assistenza tant meħtieġa f’dan il‑pajjiż… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus dwar il-gwerer fid-dinja: Ħa jisktu l-armi!

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum Ġesù jistedinna nirriflettu fuq ħarsitna u kliemna. Il-ħarsa u l-kliem.

Qabel xejn, il-ħarsa. Il-Mulej jgħid li għandna r-riskju li nikkonċentraw ħarsitna fuq it-tibna f’għajn ħuna bla ma nindunaw bit-travu li għandna f’tagħna (ara Lq 6:41). Fi kliem ieħor, inkunu attenti ħafna għad-difetti tal-oħrajn, anki ż-żgħar daqs tibna, u bil-kalma kollha ninsew tagħna u ftit intuhom importanza. Hu minnu dak li jgħid Ġesù: dejjem insibu raġuni biex infittxu l-ħtija fl-oħrajn u niġġustifikaw lilna nfusna. U tant drabi nilmentaw minħabba dak li ma jkunx sejjer sew fis-soċjetà, fil-Knisja, fid-dinja, bla ma qabel neżaminaw lilna nfusna u bla ma nimpenjaw ruħna biex qabel kollox nibdlu lilna nfusna. Kull bidla għammiela, pożittiva, għandha tibda minna nfusna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 1:3-9
Salm: 110 (111):1-2,5-6,9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 10:17-27

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. Ġesù qallu: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u ’l ommok”… Kompli aqra »

Konvinzjoni mhux konvenjenza – L-Isqof Galea-Curmi

The protection of human life from the moment of conception and at every stage of its existence is a question of conviction, not convenience.

It should be a principle we embrace always, not because it is convenient at a particular time. Thus, when we are asked if we accept that life can be eliminated when it has just been conceived, our reply cannot be “no, because the people are not yet ready for this step” or “it is not the right moment, especially when we are close to an election”… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 27 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella ta' San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Frar

It-Tmien Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 27:5-8
Salm: 91(92):2-3,13-14,15-16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:54-58

L-Evanġelju: Lq 6:39-45

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Nilqgħu fostna l-Għannej tal-Ħniena

Ittra Pastorali għar-Randan 2022

L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

“Meta ħlisna mill‑għarqa, sirna nafu li l‑gżira kien jisimha Malta. In‑nies tagħha ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x‑xita u kien il‑bard” (Atti 28:1‑2).

Kull darba li naqraw dawn il‑versi minn kapitlu 28 mill‑Atti tal‑Appostli u nisimgħu l‑isem ta’ Malta, inħossu bħal dehxa ma’ ġisimna kollu u bħal sħana tilħaq lil qalbna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 5:13-20
Salm: 140 (141):1-2,3 u 8

L-Evanġelju: Mk 10:13-16

F’dak iż-żmien, ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha”… Kompli aqra »

Iż-żwieġ hu vokazzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

“Dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem.” Dan hu li qal Ġesù lill-Fariżej meta staqsewh jistax raġel jitlaq lil martu. Din kienet diskussjoni li kienu jagħmlu bejniethom: għal liema raġuni raġel jista’ jitlaq lil martu. U ġew jistaqsu lil Ġesù. Hawnhekk it-tweġiba ta’ Ġesù hi tweġiba mdawla mill-Kelma ta’ Alla, u jmur lura proprju fl-ewwel ktieb, il-Ġenesi, fejn għandna b’mod ċar dak li Alla ried mill-ħajja ta’ bejn il-mara u r-raġel – il-ħajja taż-żwieġ… Kompli aqra »