Arkivji mensili: Frar 2022

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1:12-18
Salm: 93 (94):12-13a,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mk 8:14-21

F’dak iż-żmien, id-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Ġesù wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!”. Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż”.

Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż? Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? … Kompli aqra »

Ħrief għax Ġesù hu r-ragħaj tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm espressjoni li juża Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa li żgur tolqotna: “ħrief qalb l-ilpup”. Hekk jgħidilhom lit-72 dixxiplu li jibgħathom qablu tnejn tnejn f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. Jgħidilhom: “Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup”.

Ma tantx hi espressjoni li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, tagħmel kuraġġ; kemm għax meta tgħid “ilpup” l-ewwel ma tħoss hu biża’ u twerwir; u anke “ħrief”, qisu f’moħħok jiġi xi ħadd ċkejken u kwiet… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus jitlob għall-paċi fl-Ukrajna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Il-qofol tal-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum huma l-Beatitudnijiet (ara Lq 6:20-23). Interessanti ninnutaw li minkejja li kien imdawwar minn folla kbira, idur lejn “id-dixxipli tiegħu” biex iħabbarhom (v. 20). Ikellem lid-dixxipli. Infatti l-Beatitudnijiet ifasslu l-identità tad-dixxiplu ta’ Ġesù. Dawn jistgħu jidhru strambi, kważi tqal biex jifhimhom min mhux dixxiplu; filwaqt li jekk nistaqsu kif għandu jkun id-dixxiplu ta’ Ġesù, it-tweġiba hi propju l-Beatitudnijiet. Naraw l-ewwel waħda, li hi s-sies tal-oħrajn kollha: “Henjin intom il-foqra għax tagħkom hi s-saltna ta’ Alla” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:46-69
Salm: 116:1,2

L-Evanġelju:  Lq 10: 1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup.

Teħdux magħkom, la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd… Kompli aqra »

Biex inkunu tassew henjin – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sitt Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wieħed mill-kummenti li spiss nisimgħu hu li l-Knisja – meta ngħid il-Knisja, jiġifieri aħna lkoll li nemmnu fi Kristu – trid timxi maż-żminijiet. Dan hu veru f’ħafna affarijiet, li l-Knisja trid tagħraf tadatta dak li għandu jkun adattat għaż-żminijiet. Imma kultant dan il-kumment jingħad f’sens ieħor: jiġifieri li f’dak li aħna nemmnu, għandek tħares lejn kif in-nies qegħdin jgħixu, u timxi ma’ dan; jekk illum qed jaħsbu hekk, tibda taħseb bħalhom; jekk illum qed jgħixu hekk, tibda tagħmel bħalhom… Kompli aqra »

“Min iwissik, iħenn għalik” – L‑Arċisqof

Quddiesa fis-sitt Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  ll-Kappella ta’ San Pawl Nawfragu, San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jħares lejn kotra kbira ta’ dixxipli tiegħu u ġemgħa kbira ta’ nies; fosthom jara ħafna foqra, nies bil-ġuħ, qed jara ħafna nies imnikktin bil-ħajja. Nistgħu ngħidu li jekk illum ikollu jiġi l-Mulej jerġa’ jiltaqa’ magħna, aħna li ħafna drabi għandna diversi tip ta’ faqar u ta’ ġuħ, forsi nsofru wkoll xi inġustizzja.

Qed isejħilna ‘imberkin’. Xi ħaġa stramba biex tifhimha għaliex ħadd f’sensih mhu se jsejjaħ il-ġuħ, in-niket, il-faqar bħala barka fihom infushom… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 13 ta’ Frar 2022, 9:30am

  ll-Kappella ta’ San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17:5-8
Salm: 1:1-2,3,4,6
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:12,16-20

L-Evanġelju: Lq 6:17,20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù niżel mat-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla… Kompli aqra »

Fomm li jfaħħar lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f’Jum il-Morda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qabad jitkellem sewwa”. Dan hu li qrajna fl-Evanġelju skont San Mark fuq dan ir-raġel li ma kienx jisma’ u ma kienx jitkellem sew, u ħaduh għand Ġesù biex ifejqu. Kien fl-inħawi tad-Dekapoli, u Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb il-folla, u fejqu b’mod li dan beda jisma’ u jitkellem.

Kienet esperjenza tassew kbira għal dan ir-raġel! L-Evanġelju jgħid li “widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħall, u qabad jitkellem sewwa”… Kompli aqra »