L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu
16/08/2022Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Eżek 28:1-10
Salm: Dewt 32:26-27ab.27ċd-28.30.35ċd-36ab
L-Evanġelju: Mt 19:23-30
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.”
Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.”
Imbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! … Kompli aqra »