Arkivji mensili: Settembru 2022

Alla l-ewwel u qabel kollox – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-23 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

“Tobgħod” hi kelma kerha ħafna. Hi kerha fuq fomm kulħadd, imma aktar u aktar tinstema’ kerha fuq fomm Ġesù. Meta naqraw dan il-kliem tiegħu llum fl-Evanġelju (Lq 4:26), niskantaw u ngħidu: qed nisma’ sew? Dan kif Ġesù qed jgħid li trid tobgħod lin-nies tal-familja tiegħek?

Kontradizzjoni?

Dal-kliem jinħass aktar u aktar stramb meta niftakru li Ġesù kien tant jenfasizza l-imħabba. Hi l-karatteristika l-aktar importanti tad-dixxipli tiegħu, tal-komunità li hi l-Knisja… Kompli aqra »

Il-Papa jippromulga kostituzzjoni ġdida tal-Ordni ta’ Malta

Pope Francis has taken the next steps in the renewal of the Sovereign Military Hospitaller Order of St. John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta (the Sovereign Military Order of Malta) with a decree issued on Saturday. 

The Decree establishes the new Constitutional Charter and related Melitense Code of the Order, an, taking effect immediately, the revocation of the High Offices, and the dissolution of the current Sovereign Council governing the Order… Kompli aqra »

Nisimgħu l-leħen tal-Ħolqien – L-Isqof Galea-Curmi

“Listen to the voice of creation” is the theme chosen by Pope Francis for this year’s Season of Creation, which began on 1 September with the World Day of Prayer for the Care of Creation, and will conclude on 4 October with the feast of St Francis of Assisi. This is a special time for all Christians to pray and work together to care for our common home… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 4 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Settembru

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 9:13-19
Salm: 89(90):3-4,5-6,12-13,14,17
It-Tieni Qari: Filemon 9b-10,12-17

L-Evanġelju: Lq 14:25-33

F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù. Hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’il ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu… Kompli aqra »

Min jitkabbar, jiċċekken – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fit-22 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Huma qagħdu għajnejhom fih” (Lq 14:1). Hekk naqraw fl-istorja ta’ meta Ġesù kien mistieden għall-ikla għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej – ikla ma’ wieħed mill-mexxejja reliġjużi ta’ dak iż-żmien –  f’jum is-Sibt. Imma filwaqt li dawk li kienu hemm qagħdu jinnotaw lilu, hu wkoll qagħad jinnota lilhom u nnota żewġ affarijiet partikulari.

X’innota Ġesù

L-ewwel nett innota kif il-mistednin kienu f’ġirja għall-ewwel post, il-postijiet ta’ quddiem… Kompli aqra »

Kollox għall-glorja ta’ Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-ħajja ta’ Ġesù nsibu diversi mumenti meta l-Fariżej u l-kittieba jkunu f’polemika miegħu jew igergru fuq xi ħaġa. Fl-Evanġelju tal-lum, għandna każ minn dawn, fejn il-Fariżej u l-kittieba qegħdin igergru għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tagħhom isumu u jitolbu, u dawk ta’ Ġesù jieklu u jixorbu (Lq 5:33). Qisu hemm xi ħaġa mhix f’postha, qed jgħidu huma.

X’hemm f’dan l-ilment li qed jagħmlu l-Fariżej u l-kittieba? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4:6b-15
Salm: 144 (145):17-18,19-20,21

L-Evanġelju: Lq 6:1-5

Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”. 

Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

Nibdlu n-negattiv fil-pożittiv – L‑Isqof Galea‑Curmi

Inawgurazzjoni tal-estensjoni tal-Oratorju Salesjan

  L-Oratorju tas-Salesjani, Ħad-Dingli

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din tal-lum hi okkażjoni verament sabiħa għall-Knisja f’Malta u għal Malta. Meta inti tara dawn l-adolexxenti u ż-żgħażagħ li huma impenjati b’mod sħiħ f’dan l-Oratorju, tinduna li hawn qed tinbena b’mod pożittiv ħafna s-soċjetà Maltija u l-Knisja.

L-ewwel nett nirringrazzja ħafna lil dawk kollha li ħadmu għall-estensjoni ta’ dan il-bini u stinkaw biex ikun hawn Oratorju daqshekk sabiħ… Kompli aqra »

Ir-ruħ li tixtieq tara ’l Ġesù qed titgħallem titkellem il-lingwaġġ tal-imħabba – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke Erodi t-Tetrarka, titnissel fil-qalb tiegħu kurżità biex jara lil Ġesù (ara Lq 9:9). U għaliex? Għaliex kien sema’ dwar il-fejqan li kien qed jagħmel l-Imgħallem li kien qiegħed ukoll iwassal lill-poplu ta’ Alla f’isem il-Mulej.

Fl-Evanġelju ta’ San Luqa nsibu kemm-il darba riferiment għall-qawwa li kienet toħroġ minn Ġesù, għall-fatt li kien jitkellem bħal bniedem li għandu l-awtorità, għall-qawwa li kellu fuq ix-xjaten, fuq il-mard, fuq l-elementi tan-natura… Kompli aqra »