Arkivji mensili: Settembru 2022

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4:1-5
Salm: 36 (37):3-4,5-6,27-28,39-40

L-Evanġelju: Lq 5:33-39

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!”. U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar”… Kompli aqra »

Gorbachev u San Ġwanni Pawlu II: żewġ persuni ewlenin fil-kisba għall-paċi

Pope St John Paul II and Mikhail Gorbachev at the Vatican on 1 December 1989

Nobel Peace Prize Laureate Mikhail Gorbachev, the last president of the Soviet Union before its dissolution in 1991, died in Moscow on Tuesday after a protracted illness at the age of 91.

A leading figure in ending the Cold War 

A member of the Communist Party of the Soviet Union since the early fifties, Gorbachev was its general secretary from 1985 to 1991 and Soviet president from 1990 to 1991… Kompli aqra »

L-Istaġun tal-Ħolqien: “Isma’ Leħen il-Ħolqien”

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-Kummissjoni Ambjent

“Isma’ leħen il‑ħolqien”. Din hi l‑istedina li l‑Papa Franġisku għamel fil‑messaġġ[1] li ħareġ għall‑okkażjoni tal‑Istaġun tal‑Ħolqien ta’ din is‑sena (mill‑1 ta’ Settembru sal‑4 ta’ Ottubru 2022). Il‑Papa jħeġġiġna nisimgħu bir‑reqqa l‑vuċi tal‑ħolqien: il‑vuċi tal‑pjaneta u l‑vuċi tal‑persuni li jgħixu fiha, ilħna li ilhom żmien imsikkta u mwarrba fil‑ġenb minħabba “interessi ekonomiċi predatorji” li jissarrfu fil‑qerda tal‑ambjent u f’miżerja għal ħafna nies, speċjalment tal‑foqra li dejjem huwa dawk li l‑iktar ibatu l‑konsegwenzi tal‑qerda ambjentali… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 3:18-23
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Lq 5:1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »