Arkivji mensili: Settembru 2022

LIVE: Quddiesa De Requiem għar-Reġina Eliżabetta II – 15 ta’ Settembru 2022

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-qawwa tas-sinjal tas-salib – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib

  Il-Knisja ta' Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa Ġesù stess li jqabbel lilu nnifsu mas-serp tal-bronż, li Mosè refa’ fid-deżert biex ikun sinjal ta’ fejqan għall-poplu kollu. “Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-Bniedem” (Ġw 3:14). Illum, fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, naqraw dan l-Evanġelju. Il-kelma ‘eżaltazzjoni’ tfisser ‘irfigħ’, jiġifieri li tintrefa’ ’l fuq. Nużawha wkoll għall-glorja ta’ xi ħadd. Ġesù jgħaqqad l-glorja tiegħu, l-eżaltazzjoni tiegħu, proprju mat-tislib tiegħu fuq l-Għuda… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – 14 ta’ Settembru 2022

  Il-Knsija ta' Ġieżu, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Settembru

L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Numri 21:4b-9
Salm: 77:1-2,34-38
It-Tieni Qari: Fil 2:6-11

L-Evanġelju: Ġw 3:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

Indifferenza li toqtol

The Justice and Peace Commission urges Malta’s authorities and politicians to prioritise the saving of lives and refrain from using language that fans the flames of indifference following the unnecessary death of a four-year-old girl who tragically lost her life in Malta’s Search and Rescue Area.

The young girl, Loujin, died because action by the competent authorities to save the lives of 60 people stranded at sea — who had left Lebanon 10 days earlier — came too late… Kompli aqra »

Talb fil-Knejjes tal-Ewropa għall-paċi fl-Ukrajna

L-Arċisqof Scicluna se joffri t-talb minn Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta

Fil-Knejjes kollha tal-Ewropa, għada se jiġi offrut talb għall-paċi fl-Ukrajna, proprju fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. F’Malta, l-Arċisqof Scicluna se joffri t-talb waqt il-quddiesa minn Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta, fejn hemm il-Kurċifiss Mirakoluż.

Din il-ġurnata ta’ talb madwar l-Ewropa se ssir fuq stedina ta’ Mons. Gintaras Grušas, li huwa l-Arċisqof ta’ Vilnius u l-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej.

L-Adorazzjoni Ewkaristika hija t-talba magħżula għal din l-inizjattiva u tħejjew għajnuniet u skedi ta’ talb għal dan l-appuntament… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jibda l-Vjaġġ Appostoliku fil-Kazakistan

Pope Francis boards the papal plane at Fiumicino

The papal plane took off from Rome’s Fiumicino airport on Tuesday at 7:36 AM with Pope Francis aboard, along with a compliment of around 80 journalists in the papal entourage.

The Pope’s 38th Apostolic Journey abroad takes him to the Nur-Sultan, the capital of Kazakhstan, where he is expected to arrive at around 5:45 PM local time (GMT+6) after a roughly 6.5-hour flight… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 12:12-14,27-31a
Salm: 100 (101):1-2ab,2ċd-3ab,5,6

L-Evanġelju: Lq 7:11-17

F’dak iż-żmien, Ġesù mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: “Tibkix!”… Kompli aqra »

Kelma li tfejjaq – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Iżda int ordna b’kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq” (Lq 6:8). Dan kien il-messaġġ li ċ-ċenturjun bagħat ma’ xi ħbieb tiegħu lil Ġesù. Ftit qabel, kien bagħat ukoll lil xi nies biex lil Ġesù jgħidulu li għandu l-qaddej, li qiegħed ħażin ħafna, u jitolbuh biex imur id-dar biex ifejqu. U Ġesù beda miexi lejn id-dar taċ-ċenturjun. Imma meta kien mhux wisq ’il bogħod, iċ-ċenturjun bagħat xi nies oħra biex jgħidulu: “toqgħodx tinqala’, għax ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi… iżda int ordna b’kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq” (Lq 6:6.8)… Kompli aqra »