Arkivji mensili: Diċembru 2022

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

L-Ewwel Qari: Iż 45:6b-8,18,21b-25
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Lq 7:19-23

F’dak iż-żmien, Ġwanni sejjaħ tnejn mid-dixxipli tiegħu u bagħathom għand il-Mulej biex jistaqsuh: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”. Kif dawk it-tnejn waslu ħdejh qalulu: “Ġwanni l-Battista bagħatna għandek biex nistaqsuk: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”.

Dak il-ħin stess Ġesù fejjaq ħafna nies mill-mard, mit-tbatijiet u mill-ispirti ħżiena, u lil bosta għomja għoġbu jagħtihom id-dawl… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:1-2,9-13
Salm: 33 (34):2-3,6-7,17-18,19 u 23

L-Evanġelju: Mt 21:28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”. U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess… Kompli aqra »

Is-sinċerità tal-qalb – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma nafux” (Mt 21:27). Din kienet ir-risposta tal-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu għall-mistoqsija li għamel Ġesù, li ma kinitx tidher mistoqsija diffiċli. Staqsiehom: “Il-magħmudija ta’ Ġwanni minn fejn kienet ġejja, mis-sema jew mill-bnedmin?” (Mt 21:25). Huma weġbuh: “ma nafux”.

Aħna nafu li din ma kinetx tweġiba sinċiera. Fil-fatt l-Evanġelju jgħid li meta Ġesù staqsiehom, qagħdu jirraġunaw bejniethom x’se tkun ir-reazzjoni tiegħu jew tan-nies jekk iweġbuh mod jew mod ieħor… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Minflok naħsbu fir-rigali, fl-Avvent għandna nagħtu r-rigal ta’ kliem u ġesti li jfarrġu lil miġrugħ

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb! 

L-Evanġelju ta’ dat-tielet Ħadd tal-Avvent ikellimna dwar Ġwanni l-Battista, li meta kien jinsab il-ħabs, jibgħat lid-dixxipli tiegħu jistaqsu lil Ġesù: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” (Mt 11,4).  Infatti, Ġwanni jinħakem mid-dubju meta jisma’ dwar Ġesù u jidħol f’dubju jekk dan kienx verament il-Messija jew le.  Infatti hu kien jimmaġina Messija aħrax li meta jiġi kien se jagħmel ħaqq bil-qawwa u jikkastiga lill-midinbin… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Diċembru

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Gwadalupe – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 24:2-7,15-17a
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 21:23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?”.

U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

Mhux qasba tixxejjer mar-riħ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa organizzata mill-Moviment Ta' Kana u l-GRUFAN

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ?” (Mt 11:7) Dan hu l-kliem li jgħid illum Ġesù fl-Evanġelju, hu u jitkellem fuq Ġwanni l-Battista. Qed jitkellem fuq bniedem li spiċċa l-ħabs minħabba li wassal il-kelma ta’ Alla bi tħejjija għall-miġja tal-Messija, bniedem li kien prekursur ta’ Ġesù mhux biss fil-ħajja imma wkoll fil-mewt tiegħu. 

Bniedem ta’ prinċipji sodi

Il-mistoqsija li jagħmel Ġesù nafu r-risposta għaliha… Kompli aqra »

Aħna nafu min hu Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġwanni jibgħat domanda li hi attwali ħafna, jibgħat tnejn mid-dixxipli tiegħu għax ma setax imur hu, qiegħed fil-ħabs u lil Ġesù jagħmillu din il-mistoqija: “Inti huwa dak li għandu jiġi jew nistennew lil ħaddieħor? (Mt 11:2).

Din il-mistoqsija toqgħod ħafna f’dan iż-żmien tal-Avvent li smajna kemm-il darba hu żmien ta’ stennija. Ta’ min nistaqsu lilna nfusna: aħna lil min qed nistennnew? … Kompli aqra »

F’dawk il-ftit ċelloli hemm il-jien ta’ kull wieħed u kull waħda minna – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

It-tislima tal-anġlu hija tislima li toħroġ mill-qalb tagħna f’dan il-jum għażiż tat-8 ta’ Diċembru, il-festa tat-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija. “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek” (Lq 1,28). L-Evanġelju li għadna kemm smajna jitkellem dwar it-tnissil ta’ Iben Marija fil-ġuf tagħha. U bħala sinjal tal-qawwa ta’ Alla, l-anġlu Gabrijel, li ismu stess ifisser ‘il-Qawwa ta’ Alla’, Gabrijel, jagħtiha wkoll tnissil ieħor: it-tnissil ta’ Ġwanni fil-ġuf ta’ ommu… Kompli aqra »