Yearly Archives: 2023

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 26:1-6
Salm: 117 (118):1 u 8-9,19-21,25-27a

L-Evanġelju: Mt 7:21,24-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet. Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

Id-Down Syndrome Association tingħata l-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2023

Id‑Down Syndrome Association hija r‑rebbieħa tal‑Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2023. Dan ħabbru Fr Martin Micallef, id-Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, waqt il‑kunċert vokali u strumentali mill‑banda tal‑Forzi Armati ta’ Malta b’risq id‑Dar tal‑Providenza. L‑E.T. il‑President ta’ Malta, George Vella, fil‑preżenza tal‑E.T. Mons. Joseph Galea‑Curmi, l-Isqof Awżiljarju, ippreżenta l‑premju lir‑rappreżentanti tad‑Down Syndrome Association. Il‑kunċert sar fil‑Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl‑Imdina bil‑banda tal‑Forzi Armati ta’ Malta taħt it‑tmexxija tad‑Direttur Mużikali tagħha, il‑Kaptan Jonathan Borg u bi preżentazzjoni ta’ Christine Delicata… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 25:6-10a
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Mt 15:29-37

F’dak iż-żmien, Ġesù mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta’ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, persuni b’diżabbiltà, imbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f’riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-persuni b’diżabbiltà qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta’ Iżrael… Kompli aqra »

Se terġa’ ssir l-Ikla tal-Milied ta’ Caritas Malta

Jibdew it-tħejjijiet għat-tmien edizzjoni tal-Ikla fil-Kurja

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għat‑tmien sena Caritas Malta qed tistieden lil dawk il‑persuni li jinsabu weħidhom jew m’għandhomx il‑mezzi sabiex din is‑sena jqattgħu Milied b’dinjità u jiġu jieklu flimkien għall‑ikla tal‑Milied fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana.

Is‑sena li għaddiet, madwar 500 persuna nġabru fil‑Kurja u qattgħu jum il‑Milied flimkien hekk kif darba fis‑sena, il‑Kurja tinbidel f’restorant kbir u ssir post ta’ laqgħa fejn tilqa’ lill‑fqir u lil min għaddej mit‑tbatija… Kompli aqra »

Ma jistħoqqlix – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi” (Mt 8:8). Dan hu l-kliem li ċ-ċenturjun jgħid lil Ġesù, u ninnutaw mal-ewwel li jixbaħ ħafna l-kliem li aħna ngħidu fil-quddiesa, propju qabel it-tqarbin. Aħna ħadnieh, naturalment, mill-kliem miċ-ċenturjun, u ngħidu: “Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi”. Iċ-ċenturjun qal hekk lil Ġesù għax ma ħassux denn li Ġesù jmur id-dar – għalhekk “taħt is-saqaf” tad-dar tiegħu… Kompli aqra »

Għajnejn miftuħa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kelma waħda li jgħidha Ġesù fl-Evanġelju llum u jirrepetiha tliet darbiet u li fiha tiġbor il-messaġġ l-aktar importanti fil-kelma ta’ Alla llum. Ġesu jgħid: “ishru” (Mk 13:33.35.37). 

Xi tfisser tishar? Aħna l-kelma “sahra” nużawha l-aktar għal min jaħdem iktar milli hu normalment mitlub minnu fix-xogħol tiegħu, min jagħmel overtime. Imma l-kelma “ishru” hawn għandha tifsira partikulari, li hi t-tifsira li Ġesù stess jagħti meta jgħid: “Kunu għajnejkom miftuħa” (Mk 13:33)… Kompli aqra »

L-għażla tat-triq tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali u Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif għidtilkom fil-bidu, b’dan l-Evanġelju qed nibdew nisimgħu b’wieħed mill-erba’ ħbieb tagħna, li tawna Evanġelju, Aħbar it-Tajba. Dawn l-erbat iħbieb huma: Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni. Dawk li aħna ngħidulhom evanġelisti, għax tawna l-Aħbar it-Tajba, tawna l-Evanġelju ta’ Ġesù. Din is-sena bdejna naqraw siltiet mill-Evanġelju tal-ħabib tagħna San Mark. Is-simbolu ta’ San Mark hu ljun bil-ġwienaħ. Peress li San Mark kiteb evanġelju qasir, l-iqsar wieħed, allura matul din is-sena wkoll nisimgħu siltiet mill-ħabib l-ieħor tagħna, Ġwanni l-Evanġelista… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Diċembru 2023, 9:30am