L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru
05/12/2023Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Iż 11:1-10
Salm: 71 (72):2,7-8,12-13,17
L-Evanġelju: Lq 10:21-24
F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »