Yearly Archives: 2023

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

L-Ewwel Qari: Rum 9:1-5
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Lq 14:1-6

Darba, kien is-Sibt, u Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù dar fuq l-għorrief tal-Liġi u l-Fariżej u qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?”. Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejqu u bagħtu… Kompli aqra »

Reazzjoni ta’ Caritas Malta għall-Baġit 2024

Caritas Malta tqis il-Baġit 2024 bħala wieħed soċjali li hu immirat li jżid id-dħul lil dawk l-iktar vulnerabbli speċjalment anzjani, persuni u familji bi dħul baxx, żgħażagħ, persuni b’diżabilità u dawk b’kundizzjoni ta’ saħħa mentali, fl-isfond tal-għoli tal-ħajja esaġerat u tad-distakk dejjem jikber bejn ilfqir u s-sinjur.

Caritas Malta ppromoviet il-bżonn ta’ Cola (Cost of Living Adjustment) addizzjonali għal dawk l-iktar fil-bżonn. Hu ta’ pjaċir naraw li dan l-intervent qed ikompli jissaħħaħ f’dan il-baġit… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-qdusija hi mixja li rridu nagħmlu flimkien

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-festa t-tajba!

Illum qed niċċelebraw is-Solennità tal-Qaddisin Kollha.  Fid-dawl ta’ din il-festa, nieqfu ftit biex nirriflettu dwar il-qdusija, partikolarment  iż-żewġ karatteristiċi tal-qdusija vera: hi don – hi rigal, li ma jistax jinxtara – u fl-istess ħin hi mixja.

Qabel xejn don. Il-qdusija hi don ta’ Alla li rċevejna bil-Magħmudija: jekk inħalluh jikber jista’ jibdlilna ħajjitna għal kollox (cfr Eż… Kompli aqra »

Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha – 2 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella taċ-Ċimiterju ta' Ħaż-Żabbar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet – Tifkira Solenni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19:1,23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19:1,23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6:37-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies, “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 7:2-4,9-14
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:1-3

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.

U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Novembru 2023

Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Il-Festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Seminarist se jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat

Għada l-Erbgħa, l-1 ta’ Novembru 2023, fis-6pm, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jiċċelebra quddiesa fil-Festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Waqt il-quddiesa seminarist se jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat.

Il-Ħamis, 2 ta’ Novembru, fid-9:30am, fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha, se ssir quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena fiċ-Ċimiterju ta’ Ħaż-Żabbar, li se tixxandar fuq TVM, Knisja.mtNewsbook.com.mt. L-Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall-erwieħ kollha li marru qabilna bis-sinjal tal-fidi u bit-tama tal-qawmien mill-imwiet, biex bil-ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub… Kompli aqra »

Avviż

Nhar il-Ħamis, 2 u l-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru 2023, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ it-Tnejn, 6 ta’ Novembu 2023. Kompli aqra »