Yearly Archives: 2023

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 3:14-16
Salm: 110 (111):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 7:31-35

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!”

Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li “għandu fih xitan”… Kompli aqra »

Caritas Malta b’quddiesa għal Jum l-Anzjani

Caritas Malta se tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Anzjani permezz ta’ quddiesa nhar l-Erbgħa 20 ta’ Settembru fl-10am, fil-Bażilika minuri ta’ Kristu Re, f’Raħal il-Ġdid. 

Din iċ-ċelebrazzjon se tkun immexxija mill-E.T. Monsinjur Isqof Ġorġ Frendo flimkien ma’ Monsinjur Charles Cordina Vigarju Episkopali għad-Djakonija u animata minn Andrew Cauchi. Qed issir stedina għall-anzjani kollha; anzjani mill-parroċċi kollha ta’ Malta kif ukoll mir-residenzi tal-Anzjani kemm dawk tal-istat, tal-Knisja u tal-privat, dawk fil-komunità, u miċ-ċentri soċjali biex jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 3:1-13
Salm: 100 (101:1-2ab,2ċd-3ab,5,6

L-Evanġelju: Lq 7:11-17

F’dak iż-żmien, Ġesù mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: “Tibkix!”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Naf naħfer lil min għamilli d-deni?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju jkellimna dwar il-maħfra (cfr Mt 18,21-35).  Pietru jistaqsi lil Ġesù: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” (v. 21).  Fil-Bibbja, in-numru sebgħa hu numru li juri kompletezza. Hekk, Pietru qed jagħmel premessa ġeneruża ħafna bil-mistoqsija tiegħu. Iżda Ġesù jmur ‘lil hinn u jwieġeb:  ma ngħidlekx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba” (v.22).  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 2:1-8
Salm: 27 (28):2,7,8-9

L-Evanġelju: Lq 7:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, 1meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga”… Kompli aqra »

Ma niddejqux nitolbu maħfra ‘l Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fl-24 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja tad-Duluri, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Pietru, f’isimna lkoll, jagħmel domanda importanti lil Ġesù; domanda li ħafna drabi fil-ħajja tagħna forsi nistaqsuha mingħajr ma rridu. Jaf inkunu nqasna xi ħadd jew ngħaddu minn mument diffiċli u mingħajr ma rridu nimtlew bir-rabja. “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” (Mt 18:21).

Fl-iskola ta’ Ġesù, Pietru qiegħed jitgħallem ikun ġeneruż għax in-numru sebgħa jfisser kwantità kbira… Kompli aqra »

Ħadha għandu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tad-Duluri

  Il-Kappella fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19:27). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann illum, u f’din is-sentenza, l-aħħar sentenza ta’ dan l-Evanġelju, għandna dak li l-aktar importanti li nieħdu magħna, aħna u nagħmlu t-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri llum.

Innutaw kif Ġesù, meta qiegħed fuq is-salib fl-aħħar mumenti tal-ħajja tiegħu, lid-dixxiplu l-maħbub li qiegħed taħt is-salib ma jgħidlux: issa jien wasalt fl-aħħar, ħu ħsieb ommi, ara li ma jkun jonqosha xejn… Kompli aqra »