Arkivji mensili: Awwissu 2024

L-għażla bejn il-bluha u l-għaqal – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għaxar xebbiet “ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus” (Mt 25:1). Ġesù jirrakkonta din il-parabbola ta’ dawn l-għaxar xebbiet, u jxebbahhom mas-Saltna tas-Smewwiet. Minn barra ma tarax id-differenza: dawn huma x-xebbiet li għandhom l-imsiebaħ f’idejhom, lesti biex jilqgħu l-għarus. U fil-fatt, l-istorja tgħid li l-għarus dam ma ġie, u għalhekk ilkoll raqdu.

X’inhi d-differenza bejn dawn ix-xebbiet? Ġesù stess jitkellem fuq id-differenza bejn ħamsa minnhom u l-ħamsa l-oħra… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 1:26-31
Salm: 32 (33):12-13,18-19,20-21

L-Evanġelju: Mt 25:14-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal din il-parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu. U siefer.

Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra… Kompli aqra »

Żieda ta’ 50% fil-prezzijiet tal-ikel f’erba’ snin – Caritas

Minn studju intensiv ta’ Caritas Malta rriżulta li l-ispiża tal-ikel minn Lulju 2020 sa Marzu 2024, għal familja ta’ żewġ adulti u żewġt itfal żdiedet b’49.9% fuq l-istess prodotti.

Caritas Malta nediet ir-raba’ edizzjoni tal-Minimum Essential Budget for a Decent Living (MEBDL) 2024; studju intensiv li sar għall-ewwel darba fl-2012 bil-għan li jeradika l-faqar, jippromwovi l-iżvilupp uman, u jinkoraġġixxi l-ġustizzja soċjali.

F’dan l-istudju ġie ppreżentat ukoll basket ta’ prodotti biex familja tgħix ħajja bażika iżda diċenti… Kompli aqra »

ACTS Teens Boot Camp 2024: WANTED

Madwar 180 parteċipant jattendu għal-live-in annwali

Il-ġimgħa li għaddiet, ACTS Teens, organizazzjoni taż-żgħażagħ li tagħmel parti mill-Youth Fellowship, ġabret madwar 180 parteċipant għal-live-in annwali, li jissejjaħ Boot Camp fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fir-Rabat.

It-tim ta’ madwar 60 youth leaders preparaw erbat ijiem ta’ pjaċir flimkien kif ukoll żvilupp spiritwali. L-attivitajiet inkludew lejla b’ħuġġieġa, ħin il-baħar, logħob, BBQ, karaoke, u logħba oriġinali – Human Cluedo… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 1:17-25
Salm: 32 (33):1-2,4-5,10ab u 11

L-Evanġelju: Mat 25:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

Ara: Entitajiet tal-Knisja jitolbu l-ħelsien immedjat ta’ ċittadini Etjopjani detenuti

Dun Anton D’Amato, id-Direttur għall-Kummissjoni Migranti

Il‑persuni mill‑Etjopja li qed jinżammu u jiffaċċjaw deportazzjoni wara li ilhom is‑snin jgħixu u jaħdmu legalment f’Malta għandhom jinħelsu minnufih. Dan qaluh il‑Kummissjoni Migranti, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u JRS Malta lill‑awtoritajiet.

Iż‑żewġ kummissjonijiet, li huma parti mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u JRS Malta jikkundannaw bis‑sħiħ l‑arrest riċenti ta’ diversi Etjopjani, li bħalissa jinsabu miżmuma u ġew mgħarrfa li se jintbagħtu lura l‑Etjopja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

Il-Martirju ta’ San Ġwanni l-Battista
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:17-19
Salm: 70:1-6,15-17

L-Evanġelju: Mk 6:17-29

F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »