Arkivji mensili: Awwissu 2024

Il-Papa fl-Udjenza: Mingħajr l-Ispirtu s-Santu l-Knisja ma tistax tibqa’ miexja ’l quddiem

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 5. “Ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni”. Kif tnissel u tiled lil Ġesù

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Bil-katekeżi tal-lum nidħlu fit-tieni fażi tal-istorja tas-salvazzjoni. Wara li kkontemplajna l-Ispirtu s-Santu fl-opra tal-Ħolqien, issa għal xi ġimgħat se nikkontemplawh fl-opra tal-Fidwa, jiġifieri ta’ Ġesù Kristu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:31-34
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 16:13-23

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, u staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

Il-Papa jikteb ittra fuq kif il-letteratura teduka l-qalb u l-moħħ

Ktieb tajjeb jiftaħ il-moħħ, iqanqal il-qalb, u jippreparana għall-ħajja, jikteb il-Papa Franġisku f’ittra lil dawk li qed jitħejjew għas-saċerdozju, waqt li jżid li l-operaturi pastorali u l-Insara kollha japprezzaw “il-qari ta’ rumanzi u poeżiji bħala parti mit-triq tal-maturità personali”.

B’din l-ittra tiegħu fuq ir-rwol tal-letteratura fil-formazzjoni, miktuba fis-17 ta’ Lulju u ppubblikata l-Ħadd, il-Papa Franġisku jixtieq iħeġġeġ għal “imħabba ġdida għall-qari” u fuq kollox “jipproponi bidla radikali fir-rotta” tat-tħejjija tal-kandidati għas-saċerdozju, biex jingħata iktar lok għall-qari ta’ opri letterarji… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:1-7
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Mt 15:21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna.” Iżda hu ma weġibhiex kelma.

Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.” Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael.” Iżda hi resqet, inxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej!” Hu weġibha: “Mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” “Hekk hu, Mulej,” qaltlu: “iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom.” Imbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! … Kompli aqra »

San Duminku hu dak li jħobb billi jgħallem u jgħallem għax iħobb – L-Arċisqof

Quddiesa tal-festa ta' San Duminku

  Il-Knisja tal-Madonna ta' Porto Salvo u San Duminku, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom il-melħ tal-art” (Mt 5:13). “Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:14). Din il-kelma ta’ Ġesù sseħħ b’mod straordinarjament qawwi f’San Duminku. Illum nixtieq naqsam ħsieb qasir magħkom, fuq dawn iż-żewġ aspetti li jsemmi Ġesù meta jħares lejn id-dixxipli tiegħu. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, nsibu kemm-il darba lil Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala “d-dawl tad-dinja” (Ġw 8:12); imma f’din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew, li jinzerta wkoll l-Evanġelju preferut ta’ San Duminku; dak li kien iġorr miegħu… Kompli aqra »

Ikomplu l-konverżazzjonijiet dwar l-irwol tal-Knisja f’Malta

Il-Kattoliċi kollha mistednin

Wara r-rispons pożittiv f’Lulju li għadda, il-Knisja f’Malta qed tistieden lill-Kattoliċi kollha, biex jipparteċipaw f’waħda jew aktar minn serje ta’ konverżazzjonijiet spiritwali li se jsiru f’Awwissu.

Hekk kif qed ngħixu t-tema ta’ din is-sena ddedikata għal “Knisja li Toħroġ”, qed jiġu organizzati sensiela ta’ konversazzjonijiet spiritwali fi ħdan il-proċess sinodali għat-tiġdid ekkleżjali Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed.

Waqt it-tnedija tat-tema fl-Assemblea Djoċesana f’Novembru 2023, il-parteċipanti identifikaw diversi suġġetti li jikkontribwixxu għall-missjoni tal-Knisja lokali li toħroġ sabiex nidħlu fl-ispirtu ta’ San Pawl Appostlu li xandar l-aħbar it-tajba fostna permezz tal-fejqan tal-morda u l-barka tal-“ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) tal-Maltin… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi żżid is-sussidji lill-entitajiet tagħha bi 33%

Il-Kċina ta’ Marta tipprovdi 1,200 ikla fil-ġimgħa

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta żiedet is‑sussidji lid‑djar tat‑tfal tagħha b’€180,000, minkejja li rreġistrat żbilanċ ta’ €325,000.

F’konferenza tal‑aħbarijiet fejn ġie ppreżentat ir‑rapport finanzjarju tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta għall‑2023, is‑Segretarju Amministrattiv Michael Pace Ross qal li l‑Arċidjoċesi qed tagħmel kull sforz biex tgħin lill‑familji u lill‑individwi li qed ifittxu l‑għajnuna kif ukoll qed jitnedew bosta proġetti bil‑għan li titkompla l‑missjoni tal‑Knisja. Dawn jinkludu ħidma ma’ tfal u adolexxenti, persuni li sofrew vjolenza domestika u forom oħra ta’ abbuż, mal‑migranti, u ma’ dawk li qed ifittxu rijabilitazzjoni minn abbuż ta’ sustanzi u vizzji oħra… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »