Arkivji mensili: Awwissu 2024

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7:9-10,13-14 jew 2 Pietru 1:16-19
Salm: 96:1-2,5-6,9

L-Evanġelju: Mk 9:2-10

Sitt jiem wara Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija ta’ l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù… Kompli aqra »

Ġublew 2025: Il-Bieb Imqaddes se jinfetaħ biss fil-Bażiliċi Papali f’Ruma

Ritratt: Agenzia ANSA

In view of the approaching start of the Jubilee 2025, the question has recently been raised as to whether it would be possible to provide for the configuration and opening of the Holy Door in Cathedral Churches, International and National Shrines, as well as in other particularly significant places of worship.

In this regard, while respecting the most sensitive consideration of the pastoral and devotional motivations that may have suggested such a laudable aspiration, it is nevertheless deemed necessary to recall the precise indications established by the Holy Father in the Bull of Indiction of the Jubilee 2025, Spes non confundit, which indicates as the Holy Door that of Saint Peter’s Basilica and the other three Papal Basilicas, namely Saint John Lateran, Saint Mary Major and Saint Paul Outside-the-Walls (cf… Kompli aqra »

Esperjenza missjunarja għal kandidati tal-MUSEUM

Nhar l-4 t’ Awwissu 2024, grupp ta’ Kandidati flimkien mad-Direttur tagħhom u s-Superjur Joseph Mercieca bdew esperjenza missjunarja fl-Oqsma ta’ Julio C Tello u ta’ Puente Piedra fil-Perù. Din l-esperjenza missjunarja hija element fundamentali fil-formazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ fil-vokazzjoni Museumina. Nakkumpanjawhom bit-talb tagħna biex jikbru spiritwalment u fl-imħabba tagħhom lejn it-tixrid tal-Evanġelju!

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

L-Arċisqof iħeġġeġ biex ngħinu lil “ħutna bil-ġuħ” f’Malta

Loop tqassam 270 ikla kuljum

L-Arċisqof iżur il-Kċina ta’ Marta li tinsab fis-Seminarju tal-Virtù

L-Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lil kulħadd biex matul l-istaġun tal-festi, nieħdu ħsieb biex ħadd ma jibqa’ bil-ġuħ.

Fuq X, huwa kiteb li dan nistgħu nagħmluh billi nibagħtu donazzjoni lil Loop, li permezz ta’ Il-Kċina ta’ Marta, qed toffri tant ikliet lil dawk li jeħtieġu l-għajnuna. Li nagħtu donazzjoni għal min jinsab bil-ġuħ, l-Ariċsqof qal, li huwa ekwivalenti daqslikieku qed nistednuhom jieklu magħna d-dar… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-gwerra hi biss telfa!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti l-Ħadd it-tajjeb.

L-Evanġelju tal-lum jgħidilna li wara l-miraklu tal-ħobż u l-ħut, Ġesù jistieden lill-folla li qed tifttxu biex tirrifletti fuq dak li kien ġara biex jifhmu s-sens tiegħu (ara Ġw 6:24-35).

Kienu kielu l-ikel li kien tqassamilhom u setgħu jaraw kif, bi ftit riżorsi, bil-ġenerożità u l-kuraġġ ta’ tfajjel li kien offra lill-oħrajn dak li kellu, kulħadd kien kiel sax-xaba’ (ara Ġw 6:1-13)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 28:1-17
Salm: 118 (119):29,43,79,80,95,102

L-Evanġelju: Mt 14:13-21

F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom.

Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa… Kompli aqra »

Il-Vatikan jikkundanna xena kontroversjali fil-ftuħ tal-Olimpjadi

Ritratt: Rawpixel.com

Il-Vatikan ikkundanna x-xena kontroversjali fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi f’Pariġi u qal li din ix-xena kienet offensiva għall-Insara u persuni oħra ta’ twemmin reliġjuż.

Fi stqarrija bil-Franċiż, is-Santa Sede ingħaqdet ma’ dawk kollha li, fil-jiem li għaddew, kellhom kritika qawwija għal dik li dehret bħala parodija tal-pittura tal-Aħħar Ċena minn Leonardo da Vinci.

L-istqarrija tgħid li f’avveniment prestiġjuż bħala dan, fejn id-dinja tingħaqad madwar valuri komuni, ma għandux ikun hemm allużjonijiet li jirredikolaw it-twemmin reliġjuż tal-bnedmin… Kompli aqra »

Għal xiex għandna nitħabtu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-sitt sena mill-ordinazzjoni episkopali

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li lkoll kemm aħna nifhmu lil dawn in-nies li fittxew lil Ġesù, u meta ma rawhx fuq id-dgħajsa, telgħu huma fuq id-dgħajjes biex jaqsmu għan-naħa l-oħra ħalli jsibuh. Dawn in-nies kien għad kif kellhom esperjenza sabiħa meta kienu eluf u Ġesù, b’miraklu, b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet tema’ lilhom ilkoll, u baqa’ żżejjed ukoll. Allura huma rraġunaw: tajjeb li tkun ma’ Ġesù, żgur li jipprovdi dak kollu li għandhom bżonn! … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 4 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »