Arkivji mensili: Awwissu 2024

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Awwissu

It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 16:2-4,12-15
Salm: 77(78):3,4bċ,23-24,25,54
It-Tieni Qari: Efes 4:17,20-24

L-Evanġelju: Ġw 6:24-35

F’dak iż-żmien, in-nies meta ntebħu li fuq id-dgħajsa la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?”

Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 26:11-16,24
Salm: 68 (69), 15-16.30-31.33-34

L-Evanġelju: Mt 14:1-12

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta… Kompli aqra »

Meta jifxlek min jagħmel il-ġid – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Huma baqgħu mistgħaġba” (Mt 13:54). Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Mattew fuq ir-reazzjoni tan-nies fis-sinagoga meta Ġesù daħal hemmhekk u beda jgħallem. Kienet is-sinagoga ta’ pajjiżu, u għalhekk meta Ġesù mar hemmhekk, in-nies kienu jafu min hu u baqgħu mistagħġba – mistagħġba b’dak li kien qed jgħid u dak li kien qed jagħmel.

Baqgħu mistgħaġba għax huma, meta rawh, indunaw min hu u min hi l-familja tiegħu – u l-qrabu, u li missieru kien mastrudaxxa… Kompli aqra »

Il-Papa jirringrazzja lill-ħaddiema taċ-ċirku talli jġibu tbissima fuq fomm in-nies

  Ostia, l-Italja

Pope Francis took a break from his July “summer vacation” to spend the afternoon of Wednesday 31 July visiting with workers and those who offer pastoral assistance to them at a historic amusement park just about an hour southwest of Rome. Travelling to the Luna Park of Ostia Lido, the Pope gave them his warm wishes and support, saying he wished to personally express his gratitude as they help bring smiles on the faces of people… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 2 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 26:1-9
Salm: 68 (69):5,8-10,14

L-Evanġelju: Mt 13:54-58

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? … Kompli aqra »

25 sena mill-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Qawra

Fl-1954 inxtraw żewġ garaxxijiet u servew bħala kappella. F’dawk iż-żminijiet, ir-ragħajja kienu għadhom jieħdu ħsieb il-merħliet tagħhom u l-bdiewa kienu jaħdmu l-għelieqi taż-żoni tal-Qawra u Buġibba.

Xi snin wara nbniet knisja żgħira biex taqdi l-aktar lir-residenti tas-sajf. Fl-1979 il-knisja l-ġdida ta’ Buġibba ġiet ikkonsagrata u ddedikata lil San Massimiljan Kolbe. Il-Patrijiet Franġiskani Konventwali ta’ San Pawl il-Baħar kienu qed jippreparaw ruħhom għall-espansjoni tal-komunità f’Buġibba… Kompli aqra »

President ġdid għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Mons. Prof. Emmanuel Agius inħatar President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Din se tkun it-tielet darba għal Mons. Prof. Agius li se jkun qed iservi bħala President tal-Fondazzjoni.

L-Arċisqof Charles Scicluna kien ħatar lill-Mons. Prof. Agius bħala membru tal-Kapitlu tal-Katidral Metropolitan fil-25 ta’ Jannar 2018, u bħala membru tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-1 ta’ Awwissu 2019. Huwa kien President tal-istess fondazzjoni fl-2020 u fl-2022… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 t’Awwissu 2024, 9:30am