Arkivji mensili: Awwissu 2024

Il-Papa jħeġġeġ lill-Isqfijiet biex jibqgħu jżommu ħajja t-tama fil-Lvant Nofsani

Pope Francis on Wednesday again expressed his deep concern over the intensifying tensions in the Middle East, warning how these often escalate into open conflicts and war.

His words came as Palestinian officials said that at least nine people were killed in Israeli raids across the occupied West Bank on Wednesday and observers express fears of a wider war.

Addressing participants of the Latin Episcopal Conference of the Arabic Regions (CELRA) who are meeting in Rome for their plenary assembly, in his prepared remarks the Pope warned that “the conflict, instead of finding a fair solution, seems to be becoming chronic, with the risk of spreading and igniting the entire region.”

“The conflict [in the Holy Land], instead of finding a fair solution, seems to be becoming chronic, with the risk of spreading and igniting the entire region.”

The situation, the Holy Father noted, has resulted in countless deaths, massive destruction, and widespread suffering, fostering sentiments of hatred and resentment that could lead to future tragedies… Kompli aqra »

Kandidati Pollakki jżuru s-Soċjetà tal-Mużew f’Malta

Żewġ Kandidati mill-Qasam ta’ Poznań (il-Polonja), Marcel u Antoni, bdew żjara ta’ ġimagħtejn f’Malta il-Ħadd 25 t’Awwissu 2024. Huma se jkunu qed jiltaqgħu mal-Membri u l-Kandidati Maltin filwaqt li żjuru id-Dar Ġenerali u diversi Oqsma fid-Delegazzjoni ta’ Malta. Jalla din iż-żjara tgħinnhom jikbru aktar fl-għarfien u l-imħabba tagħhom lejn il-vokazzjoni Museumina!

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Id-dinja għandha tagħti widen għall-għajta tal-immigranti

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se naqbeż il-katekeżi tas-soltu u nixtieq nieqaf magħkom biex naħsbu fuq il-persuni li – anki f’dan il-mument – qed jaqsmu ibħra u deżerti biex jilħqu art fejn jistgħu jgħixu fis-sliem u s-sigurtà.

Baħar u deżert: dawn iż-żewġ kelmiet nerġa’ nsibhom f’tant xhieda li nirċievi, kemm min-naħa ta’ migranti, kemm ta’ persuni li jħabirku biex jgħinuhom… Kompli aqra »

“Ħafna nies ma jafux li f’Malta hawn persuni homeless” – Keyne

2 tfajliet ta’ 17-il sena jgħinu lil dawk li jorqdu barra

Keyne Mascari u Elise Caligari qed iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom ma’ persuni li jinsabu waħedhom, jew jeħtieġu xi forma ta’ għajnuna, fosthom dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom u għaldaqstant jorqdu barra.

Elise qalet li matul is-sajf tas-sena li għaddiet kellha l-opportunità biex tgħin social worker li tagħmel parti mit-tim tad-Djakonija. Djakonija hija inizjattiva tal-Knisja f’Malta li fi kliem Keyne, “tgħin familji fil-bżonn u jkunu komunità.”

Il-mument li rat realtajiet li ħafna ma jarawx, Elise ġiet konxja mill-bżonn ta’ iktar persuni li jiddedikaw il-ħin tagħhom għall-oħrajn… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tess 3:6-10,16-18
Salm: 127 (128):1-2,4-5

L-Evanġelju: Mt 23:27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen! … Kompli aqra »

Brother Edward – Missier spiritwali ta’ ħafna

Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa f’għeluq il-100 sena ta’ Bro Edward Galea FSC, fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.

Bro. Edward, nifirħu miegħek f’għeluq il-mitt sena minn twelidek, bħall-bieraħ fl-1924, hawnhekk Ħaż-Żabbar. Nifhmu li l-Mulej żejnek b’don li tkun missier spiritwali għal ħafna ġenerazzjonijiet ta’ studenti u ngħid jien ukoll għalliema. Il-paternità spiritwali hija sejħa biex tkun missier li tieħu ħsieb, li tgħożż, li teduka, li tapprezza, li b’inkuraġġiment u fuq kollox bl-eżempju, inti toħroġ l-aħjar li hemm fina, tedukah u tagħmel li jikber, li jixxettel, tmantih bil-kelma u bil-ħajja… Kompli aqra »

ŻAK Kamp Sajf 2024: Biż-żejjed, biżżejjed?

Bejn il-5 u l-11 t’Awwissu, iż-ŻAK organizzat l-ikbar attività annwali tal-għaqda, ‘Kamp Sajf’ fl-iskola St. Thomas More, f’Santa Luċija, fejn ipparteċipaw iktar minn 100 persuna. Bl-isem ta’ “Biż-żejjed, biżżejjed?” din is-sena il-kamp itratta t-tema ta’ kif m’aħniex insibu l-kuntentizza fl-abbundanza ta’ affarijiet, opportunitajiet u esperjenzi li toffrilna d-dinja.

Waqt Kamp Sajf, il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jirriflettu fuq is-soċjetà u fuq kif qegħdin nintilfu f’ħafna superfiċjalità u materjaliżmu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tess 2:1-3a,13-17
Salm: 138 (139):1-3,4-6

L-Evanġelju: Mt 23:23-26

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-busbies u l-kemmun, u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità! Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra, ja mexxejja għomja, li ma tħallux nemusa tgħaddi mill-passatur, biex imbagħad tibilgħu ġemel! … Kompli aqra »