Arkivji mensili: Awwissu 2024

“Il-fidi hija għażla” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-21 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Knisja Parrokkjali ta' Marija Bambina, fin-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Matul il-Ħdud li għaddew smajna l-kapitlu 6 ta’ San Ġwann, u illum nisimgħu l-aħħar versi tiegħu. F’dan il-kapitlu Ġesù tkellem fuqu nnifsu bħala “il-ħobż li niżel mis-sema” (Ġw 6:58). Kienet xi ħaġa diffiċli ħafna biex il-Lhud ta’ żmienu jifhmuha u jilqgħuha, meta mbagħad insista li hu se jagħti lilu nnifsu għalina fl-Ewkaristija fil-ġisem u d-demm tiegħu. Meta semgħuh jgħid li ġismu hu ikel tassew u demmu hu xorb, tassew tfixklu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ibqgħu f’Ġesù għaliex fih issibu l-milja tal-ħajja

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju tal-Liturġija (Ġw 60-69) jtina t-tweġiba ċelebri ta’ San Pietru li jgħid lil Ġesù: “Għand min immorru?  Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 6.68)  Tweġiba sabiħa!  Hi stqarrija mill-isbaħ, xhieda tal-ħbiberija u l-fiduċja li jorbtuh ma’ Kristu, flimkien mad-dixxipli l-oħra.  “Mulej, għand min immorru?  Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem”.  Sabiħa! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tess 1:1-5,11b-12
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,4-5

L-Evanġelju: Mt 23:13-22

F’dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol! Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom! … Kompli aqra »

Viżjoni ġdida – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ċertu diskors ta’ San Pawl fis-silta li għadna kemm smajna fl-Ittra tiegħu lill-Efesin, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, jidher mhux floku. Xi kliem qisu diskors ta’ epoka oħra u diskors li jista’ jinftiehem ħażin minn min jaqra biss xi frażi ’l hawn u ‘l hinn bla ma jifhem x’qed jgħid b’mod sħiħ.

Nixtieq li niffoka llum fuq dak li jgħid San Pawl fejn jitkellem fuq ir-relazzjonijiet bejn il-miżżewġin, għax fil-fatt, meta wieħed jagħraf il-messaġġ li ried iwassal lid-dixxipli ta’ Ġesù fi żmienu, u l-mod kif fehmuh l-Insara tal-bidu, jinduna li San Pawl qed iwassal hawn viżjoni differenti ħafna mill-mentalità ta’ żmienu… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 25 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina, in-Naxxar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Awwissu

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 24:1-2a,15-17,18b
Salm: 33(34):2-3,16-23
It-Tieni Qari: Efes 5:21-32

L-Evanġelju: Ġw 6:60-69

F’dak iż-żmien, Ġesù tkellem fuq il-ħobż tal-ħajja. Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?” Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? … Kompli aqra »

Il-qofol ta’ kollox – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Liema hu l-kmandament il-kbir, fil-liġi?” (Mt 22:36) Din hija l-mistoqsija li għamel lil Ġesù wieħed mill-Fariżej, għaref fil-liġi. Ried li Ġesù jwieġbu liema hu l-kmandament il-kbir. Dak iż-żmien kienet issir diskussjoni sħiħa fuq liema hu l-kmandament il-kbir minn ħafna kmandamenti, liġijiet, normi u preċetti li kellhom, u għalhekk, dan li kien għaref fil-liġi, ried li Ġesù jgħidlu liema hu l-kbir.

Ġesù jwieġbu mal-ewwel… Kompli aqra »

Frak tad-deheb – L‑Isqof Galea‑Curmi

50 Anniversarju mill-mewt tal-Isqof Emanuel Galea

  Il-Bażilka ta’ Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Aktar minnek, min qatt jista’ jħobbna? Tagħna t-tama, wara Alla biss fik.” Dawn huma versi mill-Innu lil Marija Bambina – O Marija, O Ħelwa Bambina – li kiteb l-Isqof Emanuel Galea disgħin sena ilu. Jesprimu, fil-fatt, il-konvinzjoni kbira tiegħu li mexxietu fil-ħajja kollha tiegħu.

Aħna qed nagħtu ġieh li dan l-Isqof qaddis, ragħaj li tant għamel ġid, u li kull min ġie f’kuntatt miegħu baqa’ jgħożż il-memorja tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 t’Awwissu 2024, 9:30am