Arkivji mensili: Awwissu 2024

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 21:9b-14
Salm: 144:10-13,17-18

L-Evanġelju: Ġw 1:45-51

F’dak iż-żmien: Filippu sab ’il Natanael u qallu: “Sibna ’l dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanael: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Inawgurati 2 ikoni ġodda għall-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku fil-Birgu

Ritratt: Mario Cocker

Il-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu inawguraw żewġ ikoni kbar biex iżejjnu il-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku tal-Birgu l-Ħadd 18 ta’ Awwissu.

Dawn l-ikoni jirrapreżentaw lill-Madonna tal-Gandlora u tal-Qalb ta’ Ġesu’. Din il-Madonna għandha rabta storika mal-knisja tad-Dumnikani tal-Birgu, minħabba li l-Ikona orġinali kienet inġiebet min Rodi mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Din l-ikona kienet intilfet fl-attakki mill-ajru fuq il-knisja ta-Dumnikani tal-Birgu fit-Tieni Gwerra Dinjija fl-1941… Kompli aqra »

“When I Grow Up – Heidi’s Show and Tell”: Ktieb Ġdid għat-Tfal

“When I Grow Up – Heidi’s Show and Tell” hija pubblikazzjoni ġdida miktuba minn Lara Fenech, awtriċi tal-kotba tat-tfal. B’kitba poetika tirrakkonta ġurnata divertenti meta l-għalliema Ms Hannah tistieden lill-istudenti tagħha biex jaqsmu l-ħolm tagħhom għall-futur. Fost il-kalejdoskopju kollu kuluri, kostumi u impjiegi, Heidi, waħda mit-tfal tal-klassi, għandha ħolma sigrieta li tixtieq taqsam.

Il-kunċett ta’ ‘Show and Tell’ irawwem ħiliet ta’ taħdit pubbliku fit-tfal sabiex iħossuhom komdi jitkellmu quddiem sħabhom u jużaw kliem deskrittiv u sentenzi sħaħ… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Tassew sublimi – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Iż-Żebbuġ, Għawdex

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Terra sublimis”. Dawn iż-żewġ kelmiet huma l-motto ta’ dan il-post, iż-Żebbuġ Għawdex, u jfissru li hi art li qiegħda fuq għolja. Imma l-kelma “sublimis” ma tfissirx biss “li qiegħda fuq għolja”, imma għandha tifsira oħra li naħseb tgħodd ħafna għal dan il-post, u partikolarment għal din il-knisja, li hi knisja sublimi, knisja sabiħa. Nitkellem b’mod partikulari fuq l-istatwa ta’ Marija Assunta li ġiet fl-1863 minn Marsilja, u l-kwadru li llum qegħdin nagħmlu ċ-ċelebrazzjoni tal-44 anniversarju mill-inkurunazzjoni tiegħu – il-kwadru li juri lit-Trinità tinkuruna lil Marija… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 3: Dun James Saydon

Dun James Saydon hu d-Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof. Jitkellem dwar il-ħsibijiet, id-dubji u l-esperjenzi li ltaqa’ magħhom minn meta ħass is-sejħa tal-Mulej, b’mod speċjali fl-aħħar 8 snin bħala saċerdot.

Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.

L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37:1-14
Salm: 106 (107):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 22:34-40

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”

Qallu Ġesù: “’Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »

Santa tal-Madonna ta’ Lourdes b’talba bil-Malti

It-talba lill-Madonna ta’ Lourdes, Att ta’ fiduċja fil-Madonna, ġiet tradotta bil-Malti minn Michael Caruana. It-talba ġiet stampata fuq wara ta’ santa bix-xbiha tal-Madonna ta’ Lourdes u qed titqassam miċ-Ċentru Informazzjoni tas-Santwarju f’Lourdes stess.

Michael Caruana, l-awtur tal-ktieb Pass, Pass f’Lourdes fil-Madwar – Ġabra ta’ tagħrif u esperjenzi, u tour leader ta’ pellegrinaġġi għal Lourdes sa mill-1988, qaleb din it-talba għall-Malti u ġiet stampata fuq wara ta’ santa bix-xbiha tal-Madonna ta’ Lourdes… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 36:23-28
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 22:1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.’ Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom… Kompli aqra »