Arkivji mensili: Awwissu 2024

Ħalli tidwi l-għanja ta’ ħlewwa – L‑Isqof Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien fl-1950, kważi 75 sena ilu, meta l-Papa Piju XII kien iddikjara l-ġrajja ta’ Marija mtellgħa s-sema bħala parti essenzjali mit-twemmin tagħna, bħala domma tal-fidi. Li għamel il-Papa dik inhar ma kinetx xi inizjattiva ġdida, imma kien ġabar storja twila ta’ devozzjoni kbira fil-Knisja lejn Marija mtellgħa s-sema, kif nistgħu naraw f’ħafna opri tal-arti. Għalhekk il-Papa esprima dak li l-Knisja, sa mill-ewwel żminijiet, kienet temmen: jiġifieri li Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem, hekk kif temmet ħajjitha hawnhekk… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Id-dnub ibegħedna minn Ġesú

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 6. “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi”. L-Ispirtu s-Santu fil-Magħmudija ta’ Ġesù

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nirriflettu fuq l-Ispirtu s-Santu li jinżel fuq Ġesù fil-magħmudija tal-Ġordan u minnu jixtered fil-ġisem tiegħu li hu l-Knisja. Fil-Vanġelu ta’ Marku x-xena tal-magħmudija ta’ Ġesù hi mfissra hekk: “U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; u mis-smewwiet instama’ leħen: ‘Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi’” (Mk 1:9-11)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34:1-11
Salm: 22 (23):1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mt 20:1-16a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru… Kompli aqra »

X’inhu r-rwol tal-Knisja f’Malta kontra l-vjolenza fuq in-nisa?

Ingħaqad magħna għal konverżazzjoni spiritwali fil-21 ta' Awwissu fil-5:30pm

Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed qed torganizza sessjoni sabiex tindirizza t-trawma tal-femiċidju. Din qed issir bħala parti mid-diskussjonijiet spiritwali riċenti u fid-dawl tal-atti orribbli li bosta nisa qed jaffaċċjaw kuljum.

Lil hinn mill-kwistjonijiet politiċi u kulturali, il-femiċidju jġib miegħu ħafna wġigħ u jhedded li jkisser l-ispirti tagħna. Neħtieġu saħħa psikoloġika u spiritwali biex nipproteġu lilna nfusna mill-effetti sottili imma estensivi tiegħu filwaqt li nagħrfu l-ħsara li qed issir… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 28:1-10
Salm: Dewt 32:26-27ab,27ċd-28,30,35ċd-36ab

L-Evanġelju: Mt 19:23-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.”

Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.”

Imbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! … Kompli aqra »

Jitfakkar il-50 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Emmanuel Galea

Din il-ġimgħa jitfakkar il-50 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Emmanuel Galea permezz ta’ żewg quddisiet iċċelebrati mill-Isqfijiet ta’ Malta.

Mons. Emmanuel Galea twieled fl-10 ta’ Marzu 1891. Studja fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot nhar it-18 ta’ Diċembru 1915.

Fl-1917 kien maħtur Kanonku Teologu tal-Kolleġjata tal-Isla, fejn baqa’ jservi sal-1932 meta nħatar Kanonku tal-Katidral ta’ Malta. Kiseb id-dottorat fl-Università Gregorjana f’Ruma u fl-1930 inħatar Professur tal-Liġi Kanonika fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 24:15-24
Salm: Dewt 32:18-19,20,21

L-Evanġelju: Mt 19:16-22

F’dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.”

Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja!” Iż-żagħżugħ kif sama’ dan, telaq b’qalbu sewda, għax kien għani ħafna… Kompli aqra »