Arkivji mensili: Awwissu 2024

Il-Papa fl-Anġelus: Ilqa’ d-don tal-Ħobż tas-sema misjub f’Ġesù

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum ikellimna dwar Ġesù li bis-sempliċità jafferma: “Jien hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema” (Ġw 6,51). Quddiem il-folla Ġesù jidentifika ruħu mal-ikel l-aktar komuni tal-ħajja ta’ kuljum, il-ħobż: “Jiena hu l-ħobż”. Fost dawk li kienu jisimgħuh, xi wħud bdew jitlewmu bejnietom (ara v. 52): kif jista’ Ġesù jtina nieklu ġismu? Illum aħna wkoll nagħmluha dil-mistoqsija, imma bi stagħġib u bil-gratitudni… Kompli aqra »

Ejjew nersqu lejn il-mejda li qed iħejjilna Ġesù biex ngħixu fih u bih – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Manikata

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann, li konna qed nisimgħu f’dawn il-Ħdud ta’ din is-sena, jasal f’mument importanti ħafna għalina, li niltaqgħu kull nhar ta’ Ħadd biex niċċelebraw l-Ewkaristija. Din is-silta Ġesù jispjega x’inhi l-Ewkaristija, dak li qegħdin niċċelebraw f’kull quddiesa li qegħdin inqaddsu. U qed jinsisti, li l-ħobż li qed jagħti hu ġismu, ix-xorb li qed joffri hu demmu… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 18 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Manikata

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Awwissu

L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 9:1-6
Salm: 33(34):2-3,10-11,12-13,14-15
It-Tieni Qari:  Efes 5:15-20

L-Evanġelju: Ġw 6:51-58

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja.”

Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”

Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:1-10,13b,30-32
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 19:13-15

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.”

Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm… Kompli aqra »

Meħtieġa ħafna appoġġ u għajnuna – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem” (Mt 19:6). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, meta ġew il-Fariżej u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” (Mt 19:2) Din hija d-domanda li għamlulu. U għamluhielu għax, kif naqraw aktar ’il quddiem fl-Evanġelju, kien hemm fil-passat, fi żmien Mose, ċirkustanzi fejn wieħed seta’ jagħmel hekk – fi kliem Ġesù, “minħabba l-ebusija ta’ qalbkom” (Mt 19:8)… Kompli aqra »

Il-Vatikan ikeċċi fundatur tal-moviment reliġjuż Sodalitium tal-Peru

Colonnade of St. Peter’s Square  (AFP or licensors)

Following probe, the Vatican’s Dicastery for Consecrated Life expels Luis Fernando Figari, the founder of Peru’s Sodalitium religious movement, who had already, years ago, been removed from the movement that he had established in the 1970s, due to accusations of psychological and sexual abuse, including against minors, and for financial irregularities.

Luis Fernando Figari, founder of the Peruvian apostolic society Sodalitium Christianae Vitae (SVC), more commonly known as Sodalicio, ends with a measure by the Holy See, expelling him from the movement he himself created. 

The movement had previously been placed under supervision due to cases of abuse and financial mismanagement by its leaders… Kompli aqra »

69 sena mill-ewwel quddiesa ta’ Patri Dijonisju Mintoff

Qaddes 50,370 darba!

Kien bħal-lum 69 sena li Patri Dijonisju Mintoff qaddes l-ewwel quddiesa tiegħu. Il-ġurnata kienet it-Tnejn 15 t’Awwissu tal-1955 u l-ewwel quddiesa ta’ Patri Dijonisju kienet fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) fil-Belt Valletta. Minn dakinhar ‘l hawn Patri Dijonisju Mintoff qaddes 50,370 quddiesa u priedka b’ħafna riċerka u ħafna għerf.

Bħala parrini Patri Dijonisju kellu lil ħuh, Duminku Mintoff u Ġużè Ellul Mercer, li kellu ħuh Franġiskan ukoll: P… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 t’Awwissu 2024, 9:30am