Arkivji mensili: Awwissu 2024

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 16:1-15,60,63
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6

L-Evanġelju: Mt 19:3-12

F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed’? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: L-Omm Imbierka tmexxina lejn il-ħajja ta’ dejjem

Solennità tal-Beata Verġni Marija mtellgħa s-sema

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum qed niċċelebraw is-Solennità ta’ Tlugħ tal-Verġni Marija fis-Sema, u fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum nikkuntemplaw liż-żgħażugħa ta’ Nazaret, li malli rċeviet it-tħabbira mill-Anġlu, telqet fi vjaġġ biex tmur iżżur lil kuġinitha.

Sabiħa din l-espressjoni tal-Evanġelju: “marret tħaffef” (Lq 1,39). Ifisser li Marija ma tqisx li hu xi privileġġ l-aħbar li taha l-Anġlu, imma, għall-kuntrarju, toħroġ mid-dar u titlaq għal vjaġġ, bil-ħeffa ta’ min irid iħabbar dak il-ferħ lill-oħrajn u bil-premura li tkun ta’servizz għall-kuġina… Kompli aqra »

“Marija, il-kewkba tat-tama tagħna” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Marija Mtellgħa s-Sema

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Hienja dik li emmnet li jseħħ kulma ntqalilha min-naħa tal-Mulej.” Din il-beattitudni, din l-hena tistqarrha Eliżabetta malli tiltaqa’ ma’ Marija ta’ Nazaret tqila bl-iben t’Alla magħmul bniedem, li qiegħda fuq vjaġġ ta’ mħabba u karità. L-anġlu għadu kemm taha sinjal li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun. Jgħidilha: “Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir” (Lq 1: 36-37)… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Marija – 15 t’Awwissu 2024, 9:15am

  Il-Bażilika tal-Mosta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11:19a; 12:1-6a,10ab
Salm: 44:10bc,11-12ab,16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:20-26

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-innu tal-Ġublew tat-Tama bil-Malti

Il‑Knisja f’Malta u f’Għawdex qed tippubblika l‑verżjoni bil‑Malti tal‑innu uffiċjali tal‑Ġublew tat‑Tama bit‑tema ‘Pellegrini tat‑Tama’. Dan hekk kif matul is‑sena d‑dieħla, il‑Knisja u n‑Nisrani huma msejħa jkunu sorsi ta’ tama, għaqda u mogħdrija fil‑komunitajiet tagħhom.

L‑innu oriġinarjament inkiteb bit‑Taljan mill‑Prof. Pierangelo Sequeri, bil‑mużika tas‑Surmast Francesco Meneghello, bit‑temi tal‑ħolqien, il‑fraternità, it‑tjieba ta’ Alla u t‑tama. It‑test inqaleb għall‑Malti minn Francesco Pio Attard u kantat mill‑Kor tad‑Djoċesi ta’ Għawdex… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 9:1-7; 10:18-22
Salm: 112 (113):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 18:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta. Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja… Kompli aqra »

“Nemmen ħafna li kulma tagħmel hu vokazzjoni” – Br Edward, f’għeluq il-100 sena

Nostalġija, ħolm u sfidi mill-perspettiva ta’ ċentinarju

Żabbari imma mal-Furjana. Mal-Arsenal, imma fl-iskola mar-Reds, ma’ La Vallette. Lasalljan, edukatur olistiku li dejjem ħares il-moħħ, il-qalb u r-ruħ ta’ eluf ta’ studenti. Kien hemm żmien li kien jitlob lil Alla li l-aħħar nifsijiet tiegħu jkunu fil-klassi mal-istudenti imma mbagħad bidel it-talba għax għaraf li kieku se jagħti qatgħa u battikata lill-għalliema! Ċentinarju.

Jiem biss qabel jagħlaq 100 sena Newsbook Malta ltaqa’ ma’ Br Edward Galea biex jiskopri aktar dwar minn fejn kienet ġiet is-sejħa tiegħu, u l-mument li fih ħarab lin-Nażisti u l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-istudenti llum il-ġurnata fid-dawl tal-fatt li hu għadu attiv fil-Kulleġġ De la Salle… Kompli aqra »

Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan: “il-paċi tidher aktar ’il bogħod”

Two and a half years after Russia invaded Ukraine, the Vatican continues its call for peace in the region. The Vatican Secretary of State, Cardinal Pietro Parolin, spoke about the recent Ukrainian attack in Russia, saying:

These are very worrying developments because it means opening new fronts. In this sense, the possibilities of peace are getting further and further away.

On August 6, thousands of Ukrainian troops entered Russia’s western Kursk region—in what is now their farthest and most significant invasion since 2022… Kompli aqra »