Arkivji mensili: Awwissu 2024

L-Arċisqof jaħtar Delegat għax-Xandir Reliġjuż

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Mons. Stefan Bonanno bħala d‑Delegat għax‑Xandir Reliġjuż.

Mons. Stefan Bonanno twieled il‑Furjana fit‑18 ta’ Diċembru 1965. Huwa beda l‑istudji tiegħu fil‑qasam tal‑elettronika fil‑Fellinberg Training Centre. Irċieva l‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof tal‑Virtù kif ukoll fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. L‑ewwel iggradwa fil‑Baċellerat fl‑istudji tal‑Filosofija u Komunikazzjoni Soċjali u aktar tard ħa l‑Liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali.

Huwa ġie ordnat saċerdot fit‑8 ta’ Lulju 1994… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9:6-10
Salm: 111:1-2,5-9

L-Evanġelju: Ġw 12: 24-26

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi… Kompli aqra »

Biex il-musbieħ jibqa’ jagħti d-dawl – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naf persuna li ma kienet togħġobha xejn din il-parabbola, u kif Ġesù jqabbel din l-istorja ta’ ħames xebbiet għaqlin u ħamsa boloh mas-Saltna tas-Smewwiet. Speċjalment dik il-parti tal-parabbola meta dawn il-ħamsa jitolbu lill-oħrajn, jgħidulhom: “Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew” (Mt 25:8). U l-oħrajn jirrifjutaw. Dawn riedu ftit għajnuna, u l-oħrajn ma jgħinuhomx.

Dil-persuna kienet tgħid: imma kif tqabbel is-Saltna tas-Smewwiet ma’ nies li rrifjutaw li jgħinu? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 t’Awwissu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 2: Dun Anton Gouder

Dun Anton Gouder huwa mill-parroċċa tal-Isla, iservi bħala Mħallef fit-Tribunal tal-Knisja u jgħix fid-dar tal-Kleru. Ilu saċerdot 46 sena u l-bagalja tiegħu hi waħda mimlija sew b’esperjenzi u ministeri differenti. Fost l-oħrajn huwa kien Kappillan fil-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid, Rettur tas-Seminarju u kif ukoll Vigarju Ġenerali. Għalkemm sab diversi affarijiet diffiċli ma’ wiċċu, qatt ma ġieh dubju jew iddispjaċieh li qal iva għas-sejħa tal-Mulej.

Għaliex iva?! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2:16b,17b,21-22
Salm: 44:11-12,14-17

L-Evanġelju: Mt 25:1-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

Il-Vatikan iħabbar it-tema tal-Jum Dinji tal-Paċi 2025

“Only from a genuine conversion on all levels – personal, local and international – will true peace be able to flourish,” says the Dicastery for Promoting Integral Human Development in its statement on the theme for the 2025 World Day of Peace.

In Thursday’s statement, the Dicastery adds that peace comes not only from an end to conflicts, “but also in a new reality in which wounds are healed and each person’s dignity is recognized”… Kompli aqra »

Il-qawmien ngħixuh kuljum permezz tal-imġiba tagħna ma’ xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa tal-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tieni Ittra ta’ San Pietru, mis-silta li tinqara llum f’din is-solennità, l-Appostlu jitkellem dwar l-esperjenza ta’ Tabor, l-esperjenza li qed infakkru llum, is-solennità tat-Trasfigurazzjoni tas-Salvatur, ta’ Sidna Ġesù Kristu. U juża dawn il-kelmiet: ‘il-qawwa’, ‘il-miġja’, ‘il-kobor’, ‘il-ġieħ’, u ‘s-sebħ’.

“Aħna ma konniex qegħdin nibnu fuq ħrejjef maħluqa minn moħħna meta għarrafnielkom dwar il-qawwa ta’ Sidna Ġesù Kristu u dwar il-miġja tiegħu… Kompli aqra »

“Ftakru fl-emigranti Maltin meta nilqgħu l-immigranti f’Malta” – L-Arċisqof

Filmat: Miguela Xuereb

L-Arċisqof Charles Scicluna appella biex inġibu quddiem għajnejna l-emigranti Maltin f’pajjiżi oħra meta niġu biex nilqgħu l-immigranti f’Malta.

F’intervista fuq il-programm Għal Kulħadd ma’ Christine Delicata li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9am u nofsinhar fuq RTK103, Mons.Scicluna tkellem dwar il-ħaddiema barranin f’Malta u sostna li daqs kemm nittrattaw tajjeb lil ħutna Maltin, nagħmlu l-istess lil ħutna l-barranin… Kompli aqra »