Arkivji mensili: Ottubru 2024

Il-baġit mhux biżżejjed biex jindirizza t-tbatijiet ekonomiċi – Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

The Justice and Peace Commission, within the Archdiocese of Malta, welcomes the social measures in Malta’s 2025 Budget, but believes more should be done to secure a dignified standard of living for those facing economic hardships.

The Commission also stresses the need for ongoing improvements to address the broader social needs of vulnerable groups — especially the elderly, homeless, and migrant workers — who face significant barriers daily… Kompli aqra »

‘Insights in Service’ – riflessjonijiet permezz tal-volontarjat

Ktieb b'esperjenzi ta' volontarjat, riflessjonijiet qosra u illustrazzjonijiet

Adam McCarthy, Assistent Pastorali fiċ-Chaplaincy tal-Università ta’ Malta, ippubblika ktieb ‘Insights in Service’ li fih ġabar esperjenzi ta’ xogħol volontarju, illustrazzjonijiet, u riflessjonijiet qosra. Il-ktieb maqsum fi 30 taqsima u jista’ jintuża għal riflessjoni sempliċi, iżda profondi.

L-istejjer joffru ħarsa lejn il-ħajja ta’ persuni minn diversi oqsma tal-ħajja li jaffaċċjaw l-isfidi tagħhom u jipprovdu riflessjonijiet li jistgħu jiżvolġu mill-esperjenzi li ngħixu ta’ kuljum… Kompli aqra »

LOGOS torganizza diskussjoni dwar l-ambjent, il-faqar u t-tama

LOGOS hi inizjattiva ġdida li toħloq spazji ta’ djalogu dwar il-messaġġ Nisrani

L-inizjattiva LOGOS se torganizza diskussjoni fis-6 ta’ Novembru fis-6:30pm-8:30pm fil-librerija tas-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat dwar il-qerda tal-ambjent, id-distakk bejn is-sinjur u l-fqir u r-rwol tat-tama quddiem dan kollu.

LOGOS hi inizjattiva ġdida li tgħin fil-ħolqien ta’ spazji ta’ djalogu bbażati fuq il-messaġġ Nisrani biex iqawwi t-tama fis-soċjetà Maltija. L-għan ewlieni ta’ LOGOS hu li jqajjem kuxjenza permezz ta’ attivitajiet ta’ diskussjoni sabiex titwassal it-tama ta’ Ġesù Kristu, u tiġi protetta d-dinjità tal-bniedem fis-soċjetà… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-Griżma tikkomunika l-abbundanza tad-doni tal-Ispirtu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum inkompli bir-riflessjoni tagħna fuq il-preżenza u l-azzjoni tal-Ispirtu s-Santu fil-ħajja tal-Knisja permezz tas-Sagramenti.

L-azzjoni santifikatriċi tal-Ispirtu s-Santu tasal għandna qabelxejn permezz ta’ żewġ kanali: il-Kelma ta’ Alla u s-Sagramenti. U fost is-Sagramenti kollha, hemm wieħed li hu s-Sagrament per eċċellenza tal-Ispirtu s-Santu, u hu fuq dan li nixtieq nitkellem illum… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 6:10-20
Salm: 143 (144):1,2,9-10

L-Evanġelju: Lq 13:31-35

Dak il-ħin stess resqu fuq Ġesù xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.” U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi: ‘Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm.’

Ġerusalemm! … Kompli aqra »

Il-festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin kollha

Ritratt: Ian Noel Pace

Nhar il‑Ġimgħa, l‑1 ta’ Novembru 2024, fid-9:30am, l‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.

L‑għada s‑Sibt, 2 ta’ Novembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall‑mejtin kollha fil‑Kappella tax‑Xirka tad‑Duluri fiċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook MaltaKompli aqra »

L-istudenti tas-Seminarju tal-Arċisqof jilqgħu lill-President tal-Parlament Ewropew

Attività parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart

  Is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Il-President tal-Parlament Ewropew żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart.

Dr Roberta Metsola ltaqgħet mal-istudenti tas-sekondarja, fosthom membri tal-Kunsill tal-istudenti u l-Kunsill tal-Ekoskola. Flimkien huma esploraw suġġetti importanti bħad-dinjità tal-bniedem, l-għaqda, l-integrità, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ prinċipju. Dawn il-konverżazzjonijiet enfasizzaw ir-rabta bejn il-valuri personali u r-responsabbiltà ambjentali.

L-istudenti tal-primarja iffukaw fuq kwistjonijiet ambjentali prattiċi. Il-President iddiskutiet il-ħela tal-ikel, u enfasizzat il-fatt li bir-responsabbiltà tal-konsum, wieħed jista’ jgħin kemm lill-ambjent kif ukoll lil dawk fil-bżonn… Kompli aqra »

Il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Minuri fil-Vatikan tippreżenta għall-ewwel darba rapport annwali

Photo: Vatican News

During a press conference held at the Holy See Press Office on Tuesday, members of the Pontifical Commission for the Protection of Minors presents its first-ever Annual Report, in response to Pope Francis’ request to present a reliable account of what the Church is doing, and what still needs to change, to safeguard against sexual abuse, help authorities act, and restore trust… Kompli aqra »

Il-Profeta Elija jgħallimna li bħal Alla m’hemm ħadd – L-Arċisqof

Quddiesa fit-80 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ San Elija Quddiesa f'Sta Venera

  Il-Kulleġġ ta' San Elija, Sta Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq nitkellem dwar l-hena. Kemm-il darba dan id-diskors mill-Evanġelju ta’ San Mattew, li għadna nsejħulu diskors tal-Beatitudnijiet, tal-hena, Ġesù jagħżel kategorija ta’ nies, u jsejħilhom ‘henjin’. Tajjeb li wieħed meta jkollu ċans jifli ftit min hu hieni skont Ġesù. Ħa ngħidilkom xi ħaġa li tista’ tgħinkom biex tiftakru f’dawn it-tmien barkiet. Ħafna drabi nħobbu ngħidu li s-salib tal-Kavallieri, imbagħad sar is-salib ta’ Malta, għandu tmien ponot għax ifakkarna f’dawn it-tmien barkiet li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju ta’ San Mattew… Kompli aqra »