Arkivji mensili: Ottubru 2024

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 4:7-16
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Lq 13:1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 4:1-6
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Lq 12:54-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? … Kompli aqra »

Il-Qalb ta’ Ġesù turina t-triq fl-era moderna tal-AI, jgħid il-Papa fl-enċiklika ġdida “Dilexit nos”

Ħarġet illum ir-raba’ enċiklika tal-Papa Franġisku, Dilexit nos (“Huwa ħabbna”, Rum 8:37), b’sejħa għal għarfien imġedded tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù fl-era moderna u l-ħafna sfidi tagħha.

F’dan id-dokumet, il-Papa jargumenta li l-ispiritwalità tal-Qalb ta’ Ġesù toffri tweġiba vitali għal dik li hu jsejħilha “soċjetà likwida” ddominata mit-teknoloġija u l-konsumeriżmu.

Il-Papa jikteb: “Hekk kif qed ngħixu f’epoka ta’ superfiċjalità, ngħaġġlu mferfxin minn ħaġa għall-oħra mingħajr ma nafu eżattament għaliex, u nispiċċaw konsumaturi li ma jxebbagħna xejn u lsiera tal-mekkaniżmi ta’ suq li ma jimpurtahx mit-tifsira iktar profonda tal-ħajja tagħna, ilkoll għandna bżonn niskopru mill-ġdid l-importanza tal-qalb”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 3:14-21
Salm: 32 (33):1-2,4-5,11-12,18-19

L-Evanġelju: Lq 12:49-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.”

Qaddis tal-jum: San Anton Marija Claret, Isqof Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Itlob lill-Ispirtu s-Santu biex jipproteġi ż-żwieġ u t-tfal tiegħek

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-aħħar darba spjegajna dak li nistqarru fil-Kredu dwar l-Ispirtu s-Santu. Imma r-riflessjoni tal-Knisja ma waqfitx ma’ dik l-istqarrija qasira tal-fidi. Warajha ġiet, kemm fil-Lvant u kemm fil-Punent, l-opra ta’ Missirijiet u Dutturi kbar. Illum, b’mod partikulari, nixtiequ niġbru xi farka mid-duttrina tal-Ispirtu s-Santu żviluppata fit-tradizzjoni Latina, biex naraw kif din iddawwal il-ħajja Nisranija kollha u b’mod partikulari s-sagrament taż-żwieġ… Kompli aqra »

Attivitajiet organizzati fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl waqt ix-xahar missjunarju

Waqt ix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat għall-missjoni, il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl jgħix din it-tema b’mod speċjali. Waqt il-ġimgħa ta’ tħejjija għat-tfakkira ta’ Jum il-Missjoni nhar il-Ħadd 20 t’Ottubru, diversi attivitajiet ġew organizzati kemm għall-istudenti kif ukoll għall-istaff.

Iż-żewġ skejjel inġabru għall-quddies fejn semgħu l-esperjenzi ta’ missjoni tal-membri tal-istaff u tal-MSSP matul is-sajf li għadda. L-istudenti tal-iskola sekondarja kellhom l-opportunità li jiltaqgħu online ma’ diversi brothers tal-MSSP li bħalissa qed jgħixu fid-dar Internazzjonali tal-Formazzjoni fil-Filippini… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 3:2-12
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6

L-Evanġelju: Lq 12:39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.”

Qallu Pietru: “Mulej, din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?” Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? … Kompli aqra »