Arkivji mensili: Ottubru 2024

Aħbarijiet mis-Sinodu: Assemblea tal-Mediterran biex tisma’ l-migranti

Ritratt: Vatican News

Hekk kif il-laqgħat tal-Assemblea Sinodali f’Ruma ġa qabżu n-nofs, fis-sessjoni tal-bieraħ filgħodu ġiet proposta l-idea ta’ “assemblea ekkleżjali Mediterranja” biex tagħti widen għall-vuċijiet tal-migranti. Il-parteċipanti sinodali esprimew gratitudni lejn ir-rwol tal-Knejjes li qed jilqgħu l-migranti u faħħru l-inizjattivi maħduma flimkien bl-għan li jissapportjaw din il-missjoni.

Fost it-temi diskussi kien hemm l-attenzjoni għaż-żgħażagħ u lejn dawk b’diżabbiltajiet, b’tamiet għal rabtiet isħaħ bejn il-Kurja Rumana u l-komunitajiet lokali… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1:15-23
Salm: 8:2-3a,4-5,6-7

L-Evanġelju: Lq 12:8-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.

U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux… Kompli aqra »

Kunu difiża tal-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Jum il-Forzi Armati

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Agħmel il-ħila u qawwi qalbek; tibżax u titħawwadx għax il-Mulej, Alla tiegħek, ikun miegħek kull fejn tmur” (Ġoż 1:9).

Għeżież membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, dan il-kliem meħud mill-Ewwel Qari mill-Ktieb ta’ Ġożwè huwa l-awgurju tiegħi llum lil kull wieħed u waħda minnkom f’dan il-jum speċjali. Nixtieq li din iċ-ċelebrazzjoni tkun għalikom inkoraġġiment – tgħinkom biex tqawwu qalbkom għax il-Mulej jakkumpanjakom fil-ħidma tagħkom hekk importanti… Kompli aqra »

Il-futur tal-ħaddiema Ewropej taħt il-lenti ta’ kummissjoni mmexxija mill-Isqof Galea Curmi

"Irridu nassiguraw li kull persuna fl-Ewropa ssib dinjità f'xogħolha"

Ritratt: COMECE

Kummissjoni mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qed taħdem fuq dokument li jitkellem dwar l-isfidi attwali u tal-futur li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Soċjali tifforma parti mill-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE), li l-Isqof Awżiljarju hu membru tagħha.

Il-membri tal-kummissjoni li huma esperti fuq il-politika soċjali u jinħatru għal terminu ta’ ħames snin, bħalissa qed jaħdmu fuq dan id-dokument b’rabta mal-missjoni Ewropea tagħhom li jindirizzaw il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Ewropa, il-faqar u l-ġustizzja ekoloġika u ekonomika… Kompli aqra »

Il-missjoni bla heda biex nistiednu lill-oħrajn għall-ikla tal-Mulej – Il-Papa

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja 2024

Morru … stiednu għall-festa lil kull min issibu (ara Mt 22:9)

Għeżież ħuti!

It-tema li għażilt għall-Ġurnata Missjunarja Dinjija ta’ din is-sena hija meħuda mill-parabbola tal-festa tat-tieġ li nsibu fl-Evanġelju (ara Mt 22:1-14). Wara li l-mistiedna rrifjutaw l-istedina tiegħu, is-sultan, il-karattru prinċipali tal-istorja, jgħid lill-qaddejja tiegħu: “Mela morru fit-toroq, u stiednu għall-festa lil kull min issibu” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 t’Ottubru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

San Luqa, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 4: 10-17b
Salm: 144: 10-13. 17-18

L-Evanġelju: Lq 10: 1-9

F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu.

U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu… Kompli aqra »

Aħna kemm aħna differenti, aħna lkoll bħal xulxin – Il-Papa lill-G7

(VATICAN MEDIA Divisione Foto)

Huwa u jindirizza lill-Ministri tas-Summit tal-G7 dwar l-Inklużjoni u d-Diżabbiltà, fil-Vatikan illum, il-Papa Franġisku esprima gratitudni kbira għall-impenn tagħhom biex jibnu dinja iktar ġusta u inklużiva.

L-udjenza nżammet fi tmiem Summit ta’ tlitt ijiem fir-reġjun tal-Umbrija li għalaq ilbieraħ bl-iffirmar tal-Karta ta’ Solfagnano. Dan it-test jesprimi impenn qawwi b’risq l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, u jpoġġi tmien prijoritajiet biex jiżgura s-sehem sħiħ tagħhom fil-ħajja soċjali, politika u ekonomika… Kompli aqra »

Ordna l-Borża ta’ San Martin b’risq il-karità

Loop.mt bdiet tieħu l-ordnijiet għall-boroż tradizzjonali ta’ San Martin.

Waħda mit-tradizzjonijiet marbutin mal-festa ta’ dan il-qaddis hija bla dubju l-borża ta’ San Martin. Tradizzjonalment, kienet tkun borża taċ-ċarruta mimlija bi frott differenti u bi ħbejża ħelwa. Maż-żmien beda jiżdied ukoll il-ħelu.

Filwaqt li l-festa liturġika ta’ San Martin hija nhar il-11 ta’ Settembru, fiż-żona tal-Baħrija din il-festa se tiġi ċċelebrata nhar l-10 ta’ Novembru 2024, fejn issir il-fiera annwali b’bosta attivitajiet tradizzjonali… Kompli aqra »