Arkivji mensili: Novembru 2024

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2:14-17
Salm: Lq 1:46-55

L-Evanġelju: Mt 12:46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.”

Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku

Missio Malta, f’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qed tniedi Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku, pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa fuq id-dinja affaxxinanti tal-kappelli u l-knejjes żgħar f’Malta u Għawdex.

Stmati li huma madwar 300 b’kollox, il-kappelli u l-knejjes żgħar f’Malta, Għawdex, u Kemmuna, għandhom storja importanti x’jirrakkontaw, hekk kif huma xhieda ta’ kapitlu sħiħ fil-wirt storiku rurali ta’ Malta. Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku se jipprovdi lill-viżitaturi b’mawra virtwali dettaljata ta’ dawn il-ġawhar, li se jkun aċċessibbli fuq kull apparat… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-kariżmi huma rigali tal-Ispirtu s-Santu għall-għaqda u s-servizz

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Pope Francis continues his cycle of catechesis and highlights the Holy Spirit’s diverse gifts, or charisms, as vital tools for unity and service in the Church, emphasising their purpose for the common good and their rootedness in love.

As he continued his cycle of catechesis on “The Spirit and the Bride”, Pope Francis opened his reflection during his General Audience on Wednesday, November 20th, by inviting the faithful to reflect on the charisms: the diverse and unique gifts of the Spirit… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 4:1-11
Salm: 150:1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 19:11-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi.’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu: ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna.’ Ġara li, meta ħa s-saltna u raġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku u l-Papa Benedittu XVI f’żewġ kotba Maltin

Il-Papa Franġisku u l-Papa Benedittu XVI se jkunu l-qofol ta’ tnedija ta’ żewġ kotba li se ssir għada l-Erbgħa 20 ta’ Novembru fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, fis-6:30pm.

Dakinhar se jiġi ppreżentat Il-Jiem Tiegħi ma’ Benedittu XVI, ktieb f’forma ta’ djarju, tal-Arċisqof Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Marokk, u eks-tieni Segretarju tal-Papa Benedittu XVI. Il-ktieb bil-Malti jiddeskrivi l-karattru profond u l-finezza spiritwali tal-mibki papa… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet djoċesani fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re

Ritratt: Ian Noel Pace

Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra l‑festa ta’ Kristu Re. B’rabta ma’ din il‑festa tant sinifikanti għall‑Knisja Kattolika, fil‑jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra tliet ċelebrazzjonijiet djoċesani importanti. Din is‑sena l‑Assemblea Djoċesana se terġa’ ssir fuq jumejn waqt li l‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ se jiġi ċċelebrat waqt l-attività ‘Żgħażagħ ta’ Tama’.

L‑Assemblea Djoċesana

Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa 21 u 22 ta’ Novembru 2024 fis-6pm, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta se tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana, li se tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

L-id li terfagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” (Mt 14:27). Nixtieq li din il-kelma li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu llum, fl-Evanġelju skont San Mattew, aħna nżommuha dejjem f’qalbna; u tkun hi li tmexxina fil-ħajja tagħna – din il-fiduċja sħiħa li Ġesù lilna jagħmlilna dejjem il-kuraġġ, jgħinna biex negħlbu l-biża’ fil-ħajja tagħna.

Ħa nħarsu lejn din il-ġrajja sabiħa li smajna fl-Evanġelju llum, fejn l-ewwel nett lil Ġesù narawh jitlob… Kompli aqra »

Open-day mill-Fundazzjoni St Jeanne Antide: komunità, appoġġ u ġenerożità

Nhar il-Ħadd 24 ta' November fl-10:00 għall-familja kollha

St Jeanne Antide Foundation (SJAF) is organising an open day on Sunday, 24th November, from 10pm – 5pm. This family-friendly event is a chance to explore the vital work of SJAF and an opportunity to support its mission through various fundraisers. All proceeds will help sustain the foundation’s essential services, offered entirely free of charge to those in need.

During the open day, volunteers will be selling handcrafted Christmas ornaments, soap packages made by SOAR members, plants, toys, books, and more… Kompli aqra »