Arkivji mensili: Novembru 2024

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 2:1-8,11-14
Salm: 36 (37):3-4,18 u 23,27 u 29

L-Evanġelju: Lq 17:7-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: ‘Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel’? jew: ‘Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int’? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? … Kompli aqra »

Kuntrast qawwi – L‑Isqof Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kuntrast qawwi li Ġesù joħloq illum, fl-Evanġelju skont San Mark, bejn min-naħa l-waħda l-kittieba, li kienu nies influenti fis-soċjetà ta’ żmienu, u min-naħa l-oħra l-armla fqira, li ma kellha ebda influenza fis-soċjetà. Permezz ta’ dan il-kuntrast, Ġesù jrid iwassal messaġġ li hu importanti ħafna għall-ħajja tagħna.

It-Tentazzjoni tal-apparenzi

X’jgħid Ġesù fuq il-kittieba? Jgħid li dawn kienu jidhru minn barra li qed jagħmlu ħafna affarijiet sbieħ u tajbin, bħal meta jdumu jitolbu, iduru mat-toroq… Kompli aqra »

Kunċert vokali u strumentali mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq Id-Dar tal-Providenza

Kull sena d-Dar tal-Providenza torganizza kunċert marbut mal-Jum Dinji tal-Persuni b’Diżabilità li jiġi ċċelebrat fit-3 ta’ Diċembru u se jsir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2024 fis-7.30pm fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żejtun.

Fil-kunċert, li se jsir taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, tieħu sehem il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taht id-direzzjoni tas-Surmast u Direttur Mużikali tagħha, il-Maġġur Jonathan Borg… Kompli aqra »

Laqgħa oħra mis-serje ‘Bible & Beer’ mill-MSSP Oratory Youths

Il-laqgħa se tkun dwar id-dipendenza u d-drawwiet moderni

L-MSSP Oratory Youths se jospitaw laqgħa oħra mis-serje ta’ laqgħat popolari tagħhom ‘Bible & Beer’ fil-21 ta’ Novembru 2024 f’Vecchia Napoli, is-Salini, fit-8pm. Din il-laqgħa hi mmirata lejn adulti żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-35 sena.

Waqt il-laqgħa se jinħoloq spazju ta’ djalogu miftuħ dwar l-impatt tad-dipendenza u d-drawwiet moderni fuq il-ħajja ta’ kuljum. Is-sessjoni li jmiss se tindirizza kif attivitajiet komuni—bħall-użu eċċessiv tal-midja soċjali, il-binge-watching, u x-xiri online—xi kultant jistgħu jwasslu għal dipendenza serja, li taffetwa s-saħħa mentali, ir-relazzjonijiet, u l-iskop tal-ħajja… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Offru l-ġentilezza u ibqgħu ’l bogħod mill-ipokrezija

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum, l-Evanġelju tal-liturġija (cfr Mk 12,38-44) ikellimna dwar Ġesù li fit-tempju ta’ Ġerusalemm, quddiem il-poplu, jiddenunzja l-atteġġjament ipokrita ta’ xi wħud mill-iskribi (cfr vv. 38-40).

Dawn kellhom f’idejhom rwol importanti fil-komunità ta’ Iżrael: kienu jaqraw, jikkupjaw u jinterpretaw l-Iskrittura.  Għalhekk kienu miġubin ħafna u n-nies kienu jħarsu lejhom b’qima.

Lil hinn mill-apparenzi, però, spiss l-imġieba tagħhom xejn ma kienet taqbel ma’ dak li kienu jgħallmu.  Ma kinux koerenti.  Infatti xi wħud, bis-saħħa tal-prestiġju u l-poter lil kienu jgawdu kienu jħarsu lejn l-oħrajn “minn fuq għal isfel” – ikraħ ħafna li tħares lejn il-persuna l-oħra “minn fuq għal isfel” -kellhom ħafna arja u kienu jinħbew wara faċċata ta’ rispettabbiltà u legaliżmu, kienu jarrogaw għalihom privileġġi, u sa kienu jaslu jwettqu serq għad-dannu ta’ min kien dgħajjef, bħalma huma n-nisa romol (cfr v… Kompli aqra »

Irtir ta’ ġurnata għall-Grupp San Ġorġ Preca

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2024, madwar 50 membru tal-Grupp San Ġorġ Preca (Malta) iltaqgħu fiċ-Ċentru għall-Konferenzi, Dar il-Ħanin Samaritan, għall-irtir annwali tagħhom. Waqt l-irtir huma irriflettew dwar it-tema “Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25, 40).

Il-ġurnata bdiet bit-talb tas-salmi u wara sar eżerċizzju fi gruppi dwar aspetti differenti tal-imħabba tal-proxxmu. Is-Sur Carmel Farrugia qasam ħsieb dwar it-tema u wara saret intervista lis-Sinjuri David Farrugia u Vanessa Engerer, li qasmu l-esperjenza tagħhom dwar kif bħala nsara jagħtu sehem fil-volontarjat… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 1:1-9
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Lq 17:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu… Kompli aqra »

Inħaddmu rasna għal dak li hu tajjeb – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Amministratur ħażin” (Lq 16:8). Hekk isejjaħlu Ġesù lil dan l-amministratur li fuqu qal din l-istorja – storja ta’ bniedem għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qed iberbaqlu ġidu. Jidher li s-sid emminha din, għax meta sejjaħlu, qallu: “ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi” (Lq 16:2). Imma jidher li anke l-amministratur b’xi mod ammettieha din, għax meta sejjaħlu sidu, ma qallux: isma’, dan li qed tisma’ fuqi huma xnigħat foloz, mhu veru xejn, ħa nurik kif mhux veru… Kompli aqra »